Messagg ghall-Milied u l-ewwel tas-Sena mill-Onor. Dr. Eddie Fenech Adami, Prim Ministru ta' Malta, lill-Emigranti Maltin u Ghawdxin
Fil-kalendarju tal-Prim Ministru ta' pajjiżna daħal appuntament importanti, appuntament ta' kull sena: il-Prim Ministru fl-aħħar tas-sena, għall-okkażjoni tal-Festi tal-Milied, u bħala awgurju għas-sena li waslet biex tibda, il-Prim Ministru jibgħat messa'' lil Maltin u l-Għawdxin kollha li qegħdin jgħixu barra minn xtut pajjiżna. Meta sar l-ewwel darba, dan il-messa'', il-ħsieb kien li rridu nuru r-rabta vera, ir-rabta sħiħa li għad hemm, u li jiena ċert li dejjem jibqa' jkun hemm, bejn il-Maltin u l-Għawdxin kollha: il-Maltin u l-Għawdxin li ngħixu hawn f'pajjiżna u tant eluf ta' Maltin u Għawdxin li jgħixu mxerrdin f'ħafna pajjiżi tad-dinja; konċentrati ħafna minnhom fl-Awstralja, fil-Kanada, fl-Ingilterra, u fl-Amerika. Ilkoll aħna, Għawdxin u Maltin, huwa pjaċir u unur għalija li għal darb'oħra għandi din l-okkażjoni illi nindirizzakom.
Is-sena l-oħra, niftakar illi kont għidt illi wara li kellna l-elezzjonijiet f'pajjiżna, -kif kellkom inthom fl-Awstralja - kien hawn bidla tal-Gvern f'pajjiżna, u jien sibt ruhi nerfa', ner'a', għal darb'oħra, il-piż ta' Prim Ministru ta' Malta. U kont għidt illi f'pajjiżna kien hawn problemi - kif f'kull pajjiż hemm problemi - problemi fl-ekonomija ta' pajjiżna. Konna naqqasna xi ftit mir-rankatura ta' l-iżvilupp f'pajjiżna. U kont għidt illi nawgura li hawn Malta, bil-mod il-mod, ner'għu nirpiljaw, mmorru xi ftit 'l quddiem.
Huwa pjaċir għalija li ngħid illi iva, hekk 'ara din is-sena. Problema ewlenija li kellna, s-sena l-oħra u s-snin ta' qabel, kien li konna qegħdin naraw li l-finanzi tal-Gvern m'humiex ilaħħqu ma' l-ispiża li rridu nagħmlu biex ilkoll ngħixu b'mod deċenti. Ridna nnaqqsu l-iżbilanċ fil-finanzi tal-Gvern. Dan huwa għan illi kulħadd jaqbel fuqu hawn Malta. Huwa għan li, biex nilħquh, kulħadd irid i'orr parti mill-piż.
Huwa pjaċir għalija li ngħid illi din is-sena, li waslet biex tispiċċa, rnexxielna nibdew nirbħu din il-problema. Il-problema għadha hemm, imma jiena persważ illi b'kura'' tagħna lkoll, bis-sehem li jagħti kull wieħed u waħda minnha li ngħixu hawn Malta, din il-problema se nkomplu nirbħuha.
L-importanti hu li nħarsu 'l quddiem. U hekk qegħdin nagħmlu. Din is-sena kellna sena illi fil-Parlament ħdimna ħafna bil-koperazzjoni tad-Deputati kollha, biex ngħaddu li'ijiet 'odda, biex naraw kif 'il-pajjiżna mmexxuh 'l quddiem. U ma nsejniex lil Maltin u l-Għawdxin ta' barra. Bħalissa fil-Parlament hemm għad-diskussjoni żew' li'ijiet importanti. Waħda dwar emenda, għal darb'oħra fil-Kostituzzjoni, u emenda wkoll fil-Li'i dwar iċ-Ċittadinanza.
Fl-1989 konna għamilna għall-ewwel darba l-possibilit'? li jkun hemm min ikun jista' jkollu ċ-ċittadinanza doppja. Ridna li l-emigranti Maltin ma jkollhomx għalfejn jagħzlu bejn li jibqgħu Maltin u jsiru ċittadini Inglizi, Awstraljani, Kanadizi, jew Amerikani. Tajna l-possibilit'? lill-emigranti li jkollhom iċ-ċittadinanza doppja.
Minn dak iż-żmien tgħallimna. Għaddew għaxar snin, u sibna difetti fil-li'ijiet li konna għamilna. Huwa pjaċir tiegħi li ngħid li quddiem il-Parlament hemm dawn iż-żew' li'ijiet li semmejt: waħda emenda għall-Kostituzzjoni u l-oħra għall-Li'i dwar iċ-Ċittadinanza, li sejrin jagħtu flimkien drittijiet akbar lil dawk li s'issa ma kellhomx iċ-ċittadinanza doppja. Effetivament, kull min kien xi darba Malti, anki jekk ma twelidx Malta, issa se jkun possibbli li jer'a' jsir Malti u jibqa' wkoll ċittadin tal-pajjiż li qiegħed jgħix fih.
Hemm emenda oħra, naħseb li tinteressa lill-emigranti kollha. Kellna l-problema illi żgħażagħ ikollhom iċ-ċittadinanza Maltija u ċ-ċittadinanza tal-pajjiż l-ieħor, u mbagħad meta jgħalqu tmintax-il sena kien ikollhom l-obbligu li jagħżlu: jew jibqgħu Maltin jew jibqgħu ċittadini tal-pajjiż l-ieħor. Kellhom jgħażlu sakemm jgħalqu d-dsatax-il sena. Issa, bil-li'ijiet kif sejrin nagħmluhom, min ikollu d-dritt li jkun ċittadin Malti, m'għandux għalfejn jirrinunzja għaċ-ċittadinanza Maltija biex iżomm iċ-ċittadinanza tal-pajjiż l-ieħor.
Jiena naħseb illi ħafna emigranti Maltin u Għawdxin se jkollhom għalhekk il-possibilit'? li jkollhom iċ-ċittadinanza doppja. Dan ikun ta' vanta'' għalihom, u jiena ngħid ukoll, vanta'' għalina, għax aħna nieħdu pjaċir li ngħidu: iva għandna Maltin u Għawdxin imxerrdin mad-dinja kollha.
Dan hu importanti. Jista' jkollu effetti prattiċi wkoll. Naħseb illi inthom tafu, illi f'din is-sena Malta re'għet qabdet it-triq lejn l-Ewropa. Malta llum re'għet ingħaqdet ma' pajjiżi oħra li jridu jissieħbu fl-Unjoni Ewropea. U nixtieq ngħarrafkom illi fix-xhur li għaddew għamilna progress kbir. Di'a bdejna nagħmlu dak li jissejjaħ ‘screening process' , ji'ifieri naraw jekk hemmx bżonn inbiddlu xi li'ijiet f'pajjiżna, u mxejna ħafna 'l quddiem.
X'ifisser dan? Ifisser li l-Maltin u l-Għawdxin jibqgħu Maltin u Għawdxin, biċ-ċittadinanza tagħna, imma jkunu wkoll ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea, bid-drittijiet kollha li din i''ib magħha: il-fatt ner'a' ngħid, li se nkunu ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea.
Qegħdin proprju fl-aħħar tas-sena, fl-aħħar ta' seklu, fl-aħħar ta' millenju, u nħarsu 'l quddiem b'fiduċja lejn it-tielet millenju ta' l-era Kristjana. Aħna l-Maltin żgur li kburin bit-tradizzjonijiet Kristjani tagħna. Aħna l-Maltin kellna x-xorti li l-ewwel żew' millenji għaddejnihom, għixnihom, marbutin mal-valuri li 'ejjin minn din l-era Kristjana. Il-valuri tal-Kristjaneżmu.
U naħseb illi l-awgurju tiegħi lil Maltin u l-Għawdxin kollha, kulħadd fejn qed ngħixu, huwa: li dan il-millenju li se jibda, ikompli jsaħħaħna fil-fehmiet tagħna. Isaħħaħna fil-valuri li huma tradizzjonali għalina: Il-valur tal-familja, il-valur tal-bżulija, il-valur ta' l-onest'?; il-valuri li aħna rridu naraw illi s-sens ta' solidarjet'? ma jonqosna qatt. U dan huwa l-awgurju li jien nagħmel lilkom ilkoll li qed tgħixu barra minn pajjiżna.
J'Alla s-sena l-'dida, j'Alla l-millenju l-'did, isibna lkoll sħaħ fil-fehmiet tagħna, ilkoll naħdmu biex naraw pajjiżna miexi 'l quddiem.
Nieħu din l-okkażjoni wkoll biex nawguralkom ilkoll, Milied hieni; hieni fil-familji tagħkom, hieni fis-soċjet'? fejn qegħdin tgħixu biex, jekk Alla jrid, naffrontaw is-sena l-'dida, l-millenju l-'did, b'kura''.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN