Tahrig f'sistemi u teknologija moderna jzidu l-efficjenza fil-qasam tal-Biedja
Bi sħubija u mingħajr sħubija fl-Unjoni Ewropea, xorta jibqa' l-ħt'?'a u l-bżonn li l-operat ta' l-industija tal-b'?dja għandu jsir iżjed effiċjenti, iżjed produttiv, kif ukoll iżjed kompetittiv. Dan l-iskop jintlaħaq kemm-il darba il-bdiewa tagħna, kemm dawk stabbiliti, kif ukoll dawk li għadhom telgħin, ikunu mħarr'a b'mod adekwat fix-xogħol u fit-teknolo'ija moderna li qed ti'i żviluppata.
Dan sostnih il-Ministru għall-Biedja u Sajd, il-Perit Ninu Zammit, f'diskors fl-okkażjoni ta' għoti ta' premjijiet fl-iskola tal-Biedja f''?al-Qormi.
Huwa fakkar li l-mestjier tal-biedja mhux xi wieħed faċli. Anzi, minkejja l-in'enji u t-teknolo'ija moderna li l-lum hawn f'dan il-qasam, dan xorta għadu xogħol relattivament iebes u li għalhekk wieħed jidħol għalih għax verament ikun lest li jagħmel dak is-sagrifiċċju biex iżomm ir-rabta jew namra t'?għu man-natura.
Il-Ministru Ninu Zammit għamel enfażi li l-istudenti żgħażagħ f'din l-industrija għandhom ji'u mħarr'a b'mod li jkunu kapaċi jwettqu b'ħila u b'sengħa l-funzjonijiet kollha tal-biedja. Fl-ambjent partikolari tal-gżejjer tagħna, il-bdiewa għandhom mhux biss jipproduċu prodotti agrikoli, iżda wkoll jieħdu ħsieb l-ambjent agrikolu u rurali ta' pajjiżna. Ta' t-twettiq ta' dawn il-funzjonijiet kollha, temm jgħid il-Perit Ninu Zammit, il-bdiewa 'ustament għandhom ikunu kumpensati bi dħul xieraq u adekwat mis-soċjet'? Maltija.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN