Kompetizzjonijiet mill-Kumitat Festi Nazzjonali
Ghall-Festi tal-Milied, il-Kumitat Festi Nazzjonali qed jorganizza diversi kompetizzjonijiet ghal tizjin ta' toroq u esebizzjonijiet ta' presepji madwar Malta.
Il-kompetizzjoni ghal tizjin tat-toroq hija maqsuma fi tlitt kategoriji. Kategorija A hija miftuha ghal toroq kummercjali. F'din il-kategorija qed jikkompetu 28 triq, li jfisser zieda ta' 12 -il triq fuq l-istess kompetizzjoni tas-sena l-ohra. Kategorija B hija miftuha ghal tizjin ta' toroq li mhumiex kummercjali. F'din il-kategorija qed jikkompetu 67 triq, li jfisser zieda ta' 15 -il triq fuq l-istess kompetizzjoni tas-sena l-ohra. Bhalma ghamel fis-snin l-imghoddija l-Kumitat Festi Nazzjonali qed jorganizza wkoll kompetizzjoni ghal tizjin ta' faccati ta' Kazini, Kunsilli Lokali, Ghaqdiet u Centri Civici. F'din il-kompetizzjoni qed jikkompetu 9 postijiet. It-toroq u l-faccati tal-lokalitajiet kollha li qed jikkompetu ser ikunu mixghula kuljum sal-Hadd 2 ta' Jannar mill-5.00 p.m sad-9.00 p.m.
Kompetizzjoni ohra li qed tigi organizzata hija dik tal-presepji. Din il-kompetizzjoni hija maqsuma fuq erba kategoriji. Kategorija A hija miftuha ghal Presepji Mekkanizzati. F'din il-kategorija qed jikkompetu 10 presepji, li jfisser zieda ta' 2 presepji fuq l-istess kompetizzjoni tas-sena l-ohra. Kategorija B hija miftuha ghal Presepji kbar statici. F'din il-kategorija qed jikkompetu 20 presepju, li jfisser zieda ta' 3 presepji fuq l-istess kompetizzjoni tas-sena l-ohra. Kategorija C hija miftuha ghal Presepji zghar statici. F'din il-kategorija qed jikkompetu 8 presepji, li jfisser zieda ta' 5 presepji fuq l-istess kompetizzjoni tas-sena l-ohra. Ta' min jghid ukoll li l-Kumitat Festi Nazzjonali qed jorganizza wkoll kompetizzjoni ghall-isbah Presepju Haj. F'din il-kompetizzjoni qed jikkompeti bhas-sena l-ohra, konkorrent wiehed.
Il-Kumitat Festi Nazzjonali jinnota b'sodisfazzjon iz-zieda li kien hawn din is-sena fil-kompetituri tal-kompetizzjonjiet kollha msemmija. Il-presepji kollha li qed jiehdu sehem f'dawn il-kompetizzjonijiet ser jibqghu miftuha ghall-pubbliku sa nhar il-Hamis 6 ta' Jannar bejn il-5.00 p.m u t-8.30 p.m.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN