Koperazzjoni bejn il-Kunsilli Lokali dwar il-manutenzjoni tad-dawl tat-toroq
Il-Ministru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali Dr Austin Gatt, illum wara nofsinhar assista għall-iffirmar ta' l-Ewwel Ftehim ta' Koperazzjoni bejn ħames Kunsilli Lokali dwar il-Manutenzjoni tad-Dawl tat-Toroq.
Dan kien possibbli wara konsultazzjonijiet estensivi u fit-tul li saru bejn id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u l-Korporazzjoni Enemalta. Bir-riżultat ta' dawn it-taħdidiet tfasslu id-dokumenti meħtiega biex jirregolaw id-delega tas-servizz tal-manutenzjoni tad-dawl tat-toroq urbani mill-Enemalta lill-Kunsill Lokali.
Permezz tal-Ftehim ta' Koperazzjoni li 'ie ffirmat illum, il-Kunsilli Lokali tal-Gżira, '?amrun, Msida, Pieta' u Ta' Xbiex - l-istess grupp li kien iffirma l-ewwel Ftehim ta' Koperazzjoni dwar it-tħaddim tas-sistema ta' l-Infurzar Lokali tal-Li'ijiet, qablu li jippubblikaw flimkien sejħa pubblika (call for tenders) għas-servizz konċernat. Din mistennija tinħare' fil-'imgħat li 'ejjin.
Permezz ta' din is-sejħa, kuntratturi interessati ser jingħataw l-opportunit'? biex jikkwotaw prezzijiet u kundizzjonijiet oħra dwar s-servizz tal-manutenzjoni tad-dawl tat-toroq urbani (inkluż il-bdil tal-bozoz u lanterni) lill-komunit'? permezz tal-Kunsilli Lokali, bħala a'enti tal-Korporazzjoni Enemalta.
"Fi kliem ieħor," kompla Dr. Gatt, "darba jkun inga''at il-kuntrattur, it-tibdil tal-bozoz eżistenti jibda jsir mill-Kunsilli Lokali u mhux mill-Enemalta – bidla li għandha twassal għal tnaqqis kbir fiż-żmien li llum jittieħed biex tinbidel bozza maqtugħa."
Il-Ministru Gatt stqarr li dan l-avveniment jirrappreżenta ‘break through' għaliex fl-aħħar, wara ħafna snin, il-Kunsilli u l-Enemalta flimkien qed juru dispozizzjoni u fiduċja sħiħa u reċiproka bil-għan li ċ-ċittadini tal-lokalitajiet rispettivi jkunu assigurati minn servizz aħjar f'dan ir-rigward.
Huwa tenna li għalkemm dan jirrappreżenta biss il-bidu ta' proċess ta' delega ta' poteri oħra mill-Korporazjoni Enemalta, hu pass importanti li għandu jwassal għat-tisħiħ tal-kunċett tas-sussidjarjet'? bil-Kunsilli bħala l-‘focal points'.
Il-pass li qed jittieħed illum għal darb'oħra juri l-fiduċja li għandu fil-Kunsilli Lokali l-Gvern preżenti – kuntrarju għal dak li sar taħt il-Gvern preċedenti, meta proprju f'dan il-qasam, kien għamel żmien jikkunsidra li l-Kunsilli Lokali jibdew iħallsu għad-dawl fil-lokal, waqt li kien qed inaqqsilhom il-finanzjament, żied Dr. Gatt.
Dan il-ftehim se jitħaddem bi prova għall-perjodu ta' ftit xhur. Dan qed isir peress li dan hu qasam 'did ta' xogħol u żgur li se jkun hemm il-ħtie'a li l-kundizzjonijiet tal-kuntratt ikunu a''ustati wara li tkun akkwistata l-esperjenza neċessarja. Wara dan il-perjodu ta' prova, se jkunu jistgħu ji'u ffirmati ftehim bħal dan minn Kunsilli Lokali oħrajn.
Il-Ministru awgura li gruppi oħra ta' Kunsilli jaqblu li jilħqu ftehim simili bħal dak iffirmat illum, biex b'hekk id-delega tinfirex u s-servizz ikun ta' benefiċċju ghall-lokalitajiet l-oħra.
Huwa temm billi rringrazzja pubblikament lill-Korporazzjoni Enemalta, lill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, lid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali u fuq kollox lil dawn il-ħames Kunsilli Lokali ta' l-impenn sħiħ tagħhom biex dan l-ezerċizzju jilħaq b'suċċess l-għanijiet tiegħu.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN