Seminar dwar ir-rwol tal-professjonaisti u l-ghaqdiet volontarji fil-qasam tal-Persuni b'dizabilita'
Il-bieraħ sar seminar fil-Ministeru għal '?awdex li fih iltaqgħu flimkien rappreżentanti tal-professjonijiet u għaqdiet kollha li jaħdmu b'mod dirett mal-persuni b'diżabilit'? f''?awdex.
Waqt dan is-seminar, saru workshops li fihom 'ew diskussi fost l-oħrajn il-bżonnijiet tal-persuni b'diżabilit'?, il-ko-ordinazzjoni tas-servizzi pprovduti lil persuni b'diżabilit'? u l-modi diversi ta' kif il-persuni b'diżabilit'? jistgħu ji'u empowered sabiex jagħmlu użu massimu tal-potenzjal u l-abilitajiet.
Fil-ftuħ ta' dan is-seminar, il-Ministru għal '?awdex, l-Onorevoli Ġiovanna Debono, qalet illi l-Li'i Opportunitajiet Indaqs li qed ti'i pproposta, qed tirrikonnoxxi li l-persuni b'diżabilit'? huma persuni sħaħ, bi bżonnijiet li huma komuni għall-umanit'? kif ukoll bi bżonnijiet speċifiċi, li jridu jsiru pprovedimenti għalihom, biex sakemm jkun possibbli, jingħelbu d-diffikultajiet b'riżultat ta' diżabilitajiet partikolari. Il-Ministru kompliet li huwa importanti li nirrealizzaw li meta nitkellmu dwar persuni b'diżabilit'? ma nkunux qed nitkellmu fuq grupp omo'enju, għaliex hemm ħafna kundizzjonijiet fiżiċi u mentali li jistgħu ji'u kklasifikati taħt il-kappa tad-diżabilit'?. Kull persuna għandha wkoll il-karattru u n-natural individwali tagħha bl-attitudni, bl-intelli'enza u l-potenzjal tagħha fost l-oħrajn. Fid-diskors tagħha l-Ministru għamlet emfażi fuq l-importanza tal-komunikazzjoni u l-edukazzjoni tas-soċjet'? b'mod 'enerali sabiex ikollna soċjet'? dejjem aktar inkluziva.
Waqt dan is-seminar, il-Ministru ħabbret illi l-Ministeru għal '?awdex ikkummissjona studju sabiex tin'abar informazzjoni dwar il-bżonnijiet tal-persuni b'diżabilit'? f''?awdex b'mod xjentifiku. Dan l-istudju ser isir permezz ta' kuntatti personali mal-persuni b'diżabilit'? u l-familji tagħhom, kif ukoll mal-għalliema u l-professjonisti l-oħra li jaħdmu mal-persuni b'diżabilit'?.
Matul dan is-seminar tkellmu wkoll Joe Camilleri, Chairman tal-Kummisjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilit'?, Agnes Galea Curmi, social worker u Kevin Cutajar, persuna b'diżabilit'?.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN