Il-kumpens ta' Lm10 ser jithallas mit-Tezor kmieni s-sena d-diehla
Kif dig'? mħabbar, il-Gvern, kmieni s-sena d-dieħla se jħallas kumpens ta' darba biss ta' Lm10 lil kull persuna biex jittaffa' l-piż ta' xi miżuri mħabbra fid-Diskors tal-Budget għas-sena 2000. Dan il-kumpens, li mhux se jkun taxxabbli, se jitħallas mid-Dipartiment tat-Teżor u se jkun ibbażat fuq id-data base tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma li turi kemm kien hemm persuni f'kull familja li fuqhom inħare' l-aħħar kont mill-Korporazzjoni.
Ghalhekk, min ghandu xi diffikulta`dwar dan l-arrangament jew ma jaqbilx mieghu, għandu kemm jista' jkun malajr, imma mhux aktar tard minn nhar it-Tlieta 21 ta' Diċembru 1999, jirrikorri għand id-Dipartiment tat-Tezor fil-'ranet tal-Uffiċċju bejn it-8.00 a.m. u 12.00 a.m., u jagħti t-tagħrif meħtie' fuq formola għal dan il-għan. '?andu ukoll j'?ħu m'?għu/magħha (a) il-karta` ta' l-identita`, u fejn hu possibbli (b) l-aħħar kont ta' l-ilma u (c) kopja ta' dokument/i relevanti għat-talba t'?għu/tagħha. Din il-formola tista' wkoll tin'abar mill-Kunsilli Lokali u, wara li timtela, tittieħed fid-Dipartiment tat-Teżor kif qed jingħad.
Il-pubbliku huwa mfakkar li ċ-ċekk għal dan il-kumpens se jsir f'isem dik il-persuna li f'isimha wkoll jinħare' il-kont tad-dawl u l-ilma. Maċ-ċekk, iżda, se jingħataw id-dettalji tal-persuni li fir-rigward tagħhom ikun qed jitħallas il-kumpens.
'?al aktar informazzjoni w'?ħed jista` dejjem iċempel lill-Korporazzjoni fuq freephone numru 157 fil-ħinijiet tal-ufficċju.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN