Il-Ministru Louis Galea iqassam premjijiet lir-rebbieha ta' zewg kompetizzjonijiet
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea qassam il-premjijiet lir-rebbieha ta' zewg kompetizzjonijiet li saru fost l-istudenti ta' l-iskejjel primarji u sekondarji b'konnessjoni mal-festi tar-Repubblika.
Il-kompetizzjonijiet biex jimmarkaw il-25 anniversarju minn meta Malta saret Repubblika kienu organizzati mill-Youth Service Organisation tad-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni flimkien mal-Kumitat Festi Nazzjonali.
G[at-tfal ta' l-iskejjel primarji kienet organizzata kompetizzjoni tat-tpingija filwaqt li ghal dawk fl-iskejjel sekondarji saret kompetizzjoni ta' essays.
Ghal dawn il-kompetizzjonijiet setghu jidhlu tfal li jattendu l-iskejjel tal-Gvern, dawk tal-Knisja kif ukoll tfal minn skejjel indipendenti.
Fil-fatt tfal minn 18 il-skola primarja u ohrajn minn tliet skejjel sekondarji hadu sehem fil-kompetizzjonijiet fejn gew sottomossi 180 tpingija u 30 essay.
Fit-taqsima tal-primarji, l-ewwel tliet itfal klassifikati kienu Jeannesse Scerri u t-tieni Daphne Coleiro li t-tnejn jattendu l-iskola primarja "A Buhagiar" tar-Rabat u t-tielet Joseph Zammit mill-Iskola primarja "G. Schinas" ta' Hal-Luqa.
Il-kompetizzjoni ta' l-essays intrebhet minn Annabella Galea u t-tieni giet Iona Therese Bezzina it-tnejn jattendu l-Kunvent tas-Sacred Heart f'San Giljan filwaqt li fit-tielet post gie George Xuereb mill-Junior Lyceum "G. Despott" ta' Verdala.
Il-premjijiet kienu jikkonsistu f' "book tokens".
F'diskors qasir il-Ministru Louis Galea qal li permezz tal-partecipazzjoni taghhom f'dawn il-konkorsi t-tfal kienu qed jiehdu sehem fic-celebrazzjonijiet li qed isiru biex ifakkru l-25 sena mit-twaqqif tar-Repubblika.
Hu ddeskirva l-bidla ghar-Republika bhala grajja importanti fl-izvilupp tal-pajjiz u juri kif il-lum qed nghixu flimkien fil-liberta' u d-demokrazija. Din il-mixja kostituzzjonali pajjizna rnexxielu jaghmilha minghajr tixrid tad-demm kuntrarjament ghal dak li spiss jigri f'pajjizi ohra.
Malta ghamlet fl-ahhar nofs ta' dan il-millennju dak li pajjizi ohra hadu anke 400 sena biex jaghmlu. Pajjizna beda mill-bidu bil-kisba ta' l-Indipendenza u wara r-Republika u l-lum joffri kwalita tajba ta' hajja lic-cittadini tieghu li tipparaguna tajjeb hafna ma dik ta' popli ohra anke akbar minnha.
Il-Ministru Galea ferah lil dawk kollha li ppartecipaw fil-kompetizzjonijiet u b'mod partikolari lir-rebbieha u appellalhom biex jibqghu jghozzu dawn il-grajjiet importanti fl-istorja taghna.
Prezenti ghal din il-premjazzjoni kien hemm is-Sur Alfred Chetcuti, Chairman tal-Kumitat Festi Nazzjonali u s-Sur Alfred Mallia ufficjal inkarigat mill-Youth Service Organisation tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN