L-Apparat tad-Divizjoni tas-Sahha gie ccertifikat li huwa Y2K compliant
Is-sistemi ta' informazzjoni u l-apparat tad-Divizjoni tas-Sahha gie certifikat li huwa Y2K compliant u ghalhekk mhux mistenni li jkun hemm problemi relatati mal-provediment tas-servizzi tas-sahha hekk kif jaqleb il-millenju.
Dan habbru l-Ministru tas-Sahha Louis Deguara waqt konferenza ta' l-ahbarijiet fejn inghataw l-ahhar dettalji dwar il-preparamenti li saru mid-Divizjoni tas-Sahha biex tilqa ghall-Millennium Bug. Il-Konferenza ta' l-Ahbarijiet kienet indirizzata wkoll mis-Segretarju Permanenti u d-Direttur Generali tad-Divizjoni tas-Sahha.
Il-Ministru tas-Sahha rringrazzja lil dawk kollha involuti fil-process biex l-apparat kollu tad-Divizjoni tas-Sahha jkun kompatibbli, fosthom l-impjegati tad-Divizjoni nfisha kif ukoll dawk ta' l-MITTS u c-Challenge 2000.
Minbarra dawn il-preparamenti, id-Divizjoni tas-Sahha hasbet ukoll biex tfassal pjan ta' kontingenza f'eventwalita' li xi servizz provduti minn korporazzjonijiet ohra ma jitwasslux meta jaqleb il-millenju. Ghal dan il-ghan fl-ahhar gimghat saru diversi ezercizzji fl-isptarijiet li accertaw li dawn il-pjanijiet jiffunzjonaw u l-isptarijiet ikunu jistghu jipprovdu s-servizzi kollha taghhom lill-pazjenti.
Il-Ministru Deguara kompla jghid li ghal dan il-ghan ukoll, gie mwaqqaf Centru ta' Kontingenza fl-Isptar San Luqa li ser izomm f'kuntatt kontinwu mac-Centru Nazzjonali ta' Kontingenza. Dan ic-centru ser jinkludi fih nies imharrga ghal kull eventwalita' u ser ikun inkarigat biex josserva s-sitwazzjoni hekk kif jaqleb il-millenju u fil-jiem ta' wara.
Il-Ministru tas-Sahha filwaqt li awgura li kulhadd jiccelebra l-festi li gejjin fl-ahjar spirtu, fakkar fil-perikli li jistghu joholqu celebrazzjonijiet bhal dawn u sahaq li kulhadd ghandu joqghod attent biex jevita l-incidenti u dak kollu li jista' jwassal ghalihom fosthom ix-xorb eccessiv.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN