Left arrow Go Back

Pjan ta' Immaniggjar ta' l-iskart (Solid waste management plan)

PR1939
Date Icon 09/12/1999

Din li ssegwi hi kopja ta' dokument li l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra waqt li kien qed jikkonkludi d-diskussjoni dwar il-Voti tal-Ministeru għall-Ambjent, fil-Kamra tad-Deputati, dalgħodu (il-'?amis, 9 ta' Diċembru, 1999).

PJAN G'?ALL-IMMANIĠĠJAR TA' L-ISKART

(SOLID WASTE MANAGEMENT PLAN)

Impenn qawwi li l-Ministeru tiegħi se jagħti matul is-sena li 'ejja hu dak dwar l-immani''jar ta' l-iskart solidu f'Malta.

Dan l-impenn di''? beda bi tħejjija ta' pjan integrat li l-għan tiegħu hu li tkun riżolta darba għal dejjem il-problema ta' l-iskart li għandna f'pajjiżna. L-iskop ta' dan il-pjan, li hu maħsub li jkun finalizzat sa l-aħħar ta' din is-sena u li jkun ippubblikat matul l-ewwel 'imgħat tas-sena l-'dida biex ikun hemm diskussjoni sħiħa dwaru, hu li jkunu identifikati strate'iji u sistemi għall-immani''jar ta' l-iskart li jagħmlu użu mill-aħjar u l-aħħar teknolo'iji li hawn fis-suq. Dan il-pjan irid ikun ukoll konformi mal-li'ijiet lokali preżenti u dawk futuri, irid isegwi dak li qiegħed isir f'pajjiżi aktar avvanzati minna kif ukoll dak li qiegħed isir fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan irid isir mhux biss minħabba l-impenn tal-Gvern li Malta tkun membru ta' l-Unjoni Ewropea iżda wkoll għaliex inħossu d-dmir li nipprote'u kemm l-ambjent u s-saħħa tal-Maltin kollha kif ukoll inħossu d-dmir ta' l-obbligi lejn il-ħarsien ta' l-ambjent ukoll fuq skala internazzjonali.

Dan il-pjan irid iħares lejn il-kwistjoni ta' Waste Management b'lenti aktar wiesgħa minn dik li kienet il-prattika tagħna s'issa. L-immani''jar ta' l-iskart m'hux biss ristrett għall-'bir u sempliċement ir-rimi tiegħu f'miżbla iżda irid ikun indirizzat lejn:

  • il-produzzjoni ta' l-iskart, jew aħjar it-tnaqqis ta' din il-produzzjoni,
  • il-ħażna ta' l-iskart,
  • il-'bir tiegħu u kif dan ji'i trasportat,
  • l-ipproċessar tiegħu qabel ma dan jintefa' f'miżbla u hawn allura trid tingħata konsiderazzjoni sħiħa lir-‘recovery and re-use' ta' l-istess skart.

Dan ifisser li aħna qegħdin inħarsu lejn sistema fejn il-prinċipji ta' 'l hekk imsejħa reduction, re-use u recycle ikunu fuq quddiem f'dan il-pjan.

S'issa dejjem konna inħarsu lejn l-iskart bħala dak li ma fadallu xejn iżjed tajjeb jew valur 'o fih u li kien tajjeb biss biex jintrema f'miżbla, bil-konsegwenzi li nafuhom illum, u qatt ma ħarisna lejn l-iskart bħala xi ħa'a li għandha valur kummerċjali u li minnha jistgħu joħor'u prodotti li jkunu jistgħu jer'għu jintużaw.

Jekk wieħed jista' jantiċipa ftit dak li qiegħed jaħseb dwaru l-Ministeru tiegħi u li jkun finalment rifless f'dan il-pjan hu:

  • li l-miżbla tal-Magħtab trid tingħalaq u li dan għandu jsir illum qabel għada;
  • dan ifisser li trid tinħoloq miżbla 'dida fejn tkun trid tintrema dik il-parti ta' l-iskart li, jew ma tkunx 'iet jew li ma tkunx tista' ti'i proċessata, riċiklata jew użata mill-'did. Din il-miżbla trid tkun waħda mibnija fuq prinċipji u standards moderni li llum hi definita bħala a controlled landfill jew a sanitary landfill. Għandi l-pjaċir ngħid li di''? nbeda l-proċess ma' l-Awtorit'? ta' l-Ippjanar biex finalment ikun identifikat is-sit għal dan il-għan. Hekk ikun possibbli li matul is-sena d-dieħla jibda x-xogħol fuq dan is-sit;
  • l-impjant ta' Sant'Antnin irid ji'i modernizzat biex ikun jista' jieħu aktar skart għall-produzzjoni tal-kompost. Mhux se noqgħod nidħol fil-problemi li għadda minnhom dan l-impjant għax naħseb li dan hu magħruf minn kulħadd. Bħalissa dan l-impjant qiegħed jirċievi madwar 22% ta' l-iskart domestiku li jin'abar fil-gżejjer tagħna u aħna nħossu li din iċ-ċifra tista' tikber biex l-impjant ikun tabilħaqq qiegħed jilħaq l-għan li għalih inbena. Għalhekk hu l-ħsieb tagħna li ninvolvu l-privat fl-iżvilupp u l-immani''jar tiegħu;
  • il-pjan irid iħares ukoll lejn l-iskart i''enerat minn postijiet bħal l-isptarijiet, il-biċċerija, l-ajruport, il-portijiet, it-tarznari u minn attivitajiet agrikoli. F'dawn l-attivitajiet kollha hemm numru ta' inċineraturi li għadda żmienhom u li huma ta' detriment għall-ambjent ta' pajjiżna u għas-saħħa tal-poplu Malti. Il-Ministeru tas-Saħħa di''? esprima ruħu fuq l-inċineratur ta' l-Isptar San Luqa kif ukoll fuq il-pjani imħejjija għal dan il-għan mill-istess Ministeru. Imiss issa lill-entitajiet l-oħra li huma fl-istess pożizzjoni bħal dawk tal-qasam tas-saħħa li ji'u regolarizzati ukoll u dan se jkun indirizzat f'dan il-pjan;
  • il-problema ta' l-iskart mill-attivitajiet ta' l-industrija tal-bini trid ukoll tkun indirizzata u solvuta darba għal dejjem. Din il-problema kienet 'iet indirizzata wkoll mill-gvern preċedenti bl-introduzzjoni għall-ewwel darba ta' ħlas konness mad-depożitu ta' skart, iżda goal diversi ra'unijiet dan l-impenn ma kellux ir-riżultati meħtie'a. Il-ħsieb tagħna hu li nkomplu mexjin f'din l-istess direzzjoni iżda bid-differenza li l-gvern jieħu f'idejh dawk il-barrieri li s-sidien tagħhom ikunu jridu jgħadduhom lill-Gvern għal perijodu ta' żmien biex il-Gvern stess jieħu r-responsabbilt'? li jimlihom u jirriabilitahom fuq pjan definit li fi tmiemu jroddhom lura lill-istess sidien. Dan ifisser li filwaqt li l-Gvern jidħol responsabbli għal dan ix-xogħol, is-sidien privati ma jidħlux għal dawk l-ispejjeż li kienu ntiżi meta l-amministrazzjoni preċedenti kienet fasslet il-pjani tagħha. B'hekk naħsbu li l-problema ta' l-iskart mill-industrija tal-bini tkun indirizzata. Dan ma jfissirx iżda li m'għandux isir impenn ukoll minn kulħadd biex titnaqqas il-produzzjoni ta' dan l-iskart. Ma jfissirx dan li m'għandniex inħarsu wkoll lejn alternattivi oħra bħalma huma reklamar tal-baħar kif ukoll ideat innovattivi ta' riċikla'' ta' dan l-istess skart barra li jintefa' fil-barrieri.

Dan il-pjan għandu jagħtina indikazzjoni u jiftħilna għajnejna lejn il-ħsara lill-ambjent li qed issir bħalissa u li din il-ħsara għandha moħbi 'o fiha prezz li ma jidhirx. Biex din il-pożizzjoni tkun irran'ata u dan il-prezz hekk moħbi ma jkomplix jikber hemm bżonn li nirrealizzaw li ż-żamma ta' ambjent aħjar inkluża l-immani''jar aħjar ta' l-iskart għandu prezz li kull wieħed u waħda minna llum jew għada irid iħallas. Aktar ma nipproduċu skart aktar dan il-prezz ikun ogħla.

Jien nawgura li dan il-pjan li hu indirizzat biex jagħti direzzjoni sħiħa kemm lill-Gvern, lill-privat u lill-poplu Malti kollu lejn fejn irridu mmorru fl-immani''jar ta' l-iskart fil-bidu tal-millennju l-'did, u li għal dan il-għan il-pjan ikopri s-snin 2000-2009, jintlaqa' minn kulħadd u li jsib l-appo'' ta' kulħadd.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow