Left arrow Go Back

Hlas tal-kumpens ta' Lm10 biex jittaffa l-pis ta' xi mizuri mhabbra fil-Budget

PR1931
Date Icon 07/12/1999

Kif ħabbar il-Gvern, kmieni s-sena d-dieħla se jitħallas kumpens ta' darba biss ta' Lm10 lil kull persuna biex jittaffa' l-piż ta' xi miżuri mħabbra fid-Diskors tal-Budget għas-sena 2000. Dan il-kumpens, li mhux se jkun taxxabbli, se jitħallas mid-Dipartiment tat-Teżor u se jkun ibbażat fuq id-data base tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma li turi kemm kien hemm persuni f'kull familja li fuqhom inħare' l-aħħar kont mill-Korporazzjoni.

Iċ-ċekk għal dan il-kumpens se jsir f'isem dik il-persuna li f'isimha wkoll jinħare' il-kont tad-dawl u l-ilma. Maċ-ċekk, iżda, se jingħataw id-dettalji tal-persuni li fir-rigward tagħhom ikun qed jitħallas il-kumpens. Min ikollu xi diffikulta`dwar dan l-arran'ament, jew ma jaqbilx mieghu, għandu jirrikorri għand id-Dipartiment tat-Tezor fil-'ranet ta' l-Uffiċċju bejn it-8.00 a.m. u nofsinhar mhux aktar tard minn nhar it-Tlieta, il-21 ta' Diċembru 1999, u jagħti t-tagħrif meħtie' fuq formola għal dan il-għan. '?andu wkoll j'?ħu m'?għu/magħha, (a) il-karta ta' l-identit'?, u fejn hu possibbli (b) l-aħħar kont ta' l-ilma u (c) kopja ta' dokument/i relevanti għat-talba t'?għu/tagħha.

Din il-formola tista' wkoll tin'abar mill-Kunsilli Lokali u, wara li timtela, tittieħed fid-Dipartiment tat-Teżor kif qed jingħad.

'?al aktar informazzjoni w'?ħed jista` dejjem iċempel lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, fuq freephone numru 157 fil-ħinijiet ta' l-Uffiċċju.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow