Left arrow Mur Lura

Millennium Update (2): Parata Nazzjonali ta' Radd il-Hajr

PR1923
Date Icon 06/12/1999

Numru konsiderevoli ta' Assocjazzjonijiet, trade unions, kazini u korpi kostitwiti ohra kemm minn Malta kif ukoll minn Ghawdex, laqghu l-istedina tal-Kumitat Nazzjonali ghac-Celebrazzjonijiet tal-Millennju u kkonfermaw il-partecipazzjoni taghhom fil-Parata Inawgurali li se ssir fil-Belt u l-Floriana, nhar il-Hadd 26 ta' Dicembru, 1999.

Ftit jiem ilu l-Kumitat Nazzjonali indirizza stedina lill-ghaqdiet u korpi kollha ta' pajjizna biex jiehdu sshem fil-ftuh ufficcjali tac-Celebrazszjonijiet tal-Millennju li se jiehu forma ta' parata li qed tissejjah "INRODDULKOM HAJR".

Permezz ta' din l-attivita', l-ghaqdiet ta' pajjizna f'isem il-poplu ta' dawn il-gzejjer se jroddu hajr lil missirijietna talli ghal elfejn sena shah zammew shih it-twemmin nisrani f'pajjizna.

Din il-Parata ta' Radd il-Hajr tibda minn Triq il-Merkanti fil-Belt, tghaddi minn Triq l-Arcisqof, Triq ir-Repubblika, Bieb il-Belt u tibqa' sejra sa' hdejn il-Monument ta' Kristu Sultan fil-Floriana. Hemmhekk ir-rapprezentanti ta' l-ghaqdiet kollha jaghtu gieh u qima lil Kristu Sultan u kull ghaqda tpoggi fjura f'riglejn il-Monument.

Meta l-Parata tasal hdejn il-Monument isir diskors mill-Eccellenza Tieghu Dr. Ugo Mifsud Bonnici, ex President ta' Malta u jinghataw messaggI qosra mis-Sindki tal-Belt u l-Floriana, isir xi talb u c-cerimonja tigi fi tmiemha bid-daqqa tal-Last Post minn membri ta' li Scouts.

Dawk l-ghaqdiet, assocjazzjonijiet, kazini u korpi ohra li ghadhom ma kkonfermawx il-partecipazzjoni taghhom f'dan l-avveniment nazzjonali huma mhegga li jaghmlu dan minnufih biex il-Kumitat Nazzjonali ghac-Celebrazzjonijiet tal-Millennju jkun jista' jaghmel l-arrangamenti organizattivi kollha biex jiffacilita l-partecipazzjoni ta' l-applikanti.

Kull korrispondenza ghandha tintbaghat lill-Kap Ezekuttiv, Celebrazzjonijiet tal-Millennju, Ministeru ta' l-Edukazzjoni, Floriana.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow