Left arrow Mur Lura

25 Sena Malta Repubblika: Sport Extravaganza

PR1922
Date Icon 06/12/1999

Fl-okkazjoni tal-Hamsa u Ghoxrin Anniversarju minn meta Malta saret Repubblika, il-Kumitat Festi Nazzjonali bil-kollaborazzjoni u l-koperazzjoni tad-Dipartiment taz-Zghazagh u Sport nhar is-Sibt, 11 ta' Dicembru 1999, bejn id-9.00 u nofs in-nhar se jtella' "SPORT EXTRAVAGANZA" fl-iSports Pavilion ta' Corradino.

Matul dan il-programm mhejji biex jigbed numru ta' dilettanti ta' l-Isport f'diversi dixxiplini, se jiehdu sehem ukoll dawk li jattendu l-IskolaSport, il-Clubs u l-Assocjazzjoniet lokali ta' l-Arti Marzjali u n-Nurseriestal-Premier u l-First Division Football Clubs, li se jkunu akkumpanjati minn player professjonali ta' fama. Dawn kollha se jaghtu wirijiet tat-talenti sportivi taghhom.

Se jkun hemm ukoll sensiela ta' Loghob ghal Kulhadd bil-partecipazzjoni tal-genituri tat-tfal ta' l-IskolaSport, numru ta' anzjani u anke persuni bi bzonnijiet spe`jali, kif ukoll Kunsilli Lokali.

Fi tmiem il-programm dawk kollha li jkunu hadu sehem f'din l-attivita' jaghtu wirja kollettiva ta' Aerobics taht id-direzzjoni ta' instructor professjonali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow