Il-Ministru Lawrence Gonzi jinawgura il-Fiera Annwali tal-Friends of Attard Hospital
Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali Lawrence Gonzi is-Sibt fil-għodu fetaħ uffiċjalment fiera ta' handicrafts magħmula mir-residenti tal-Isptar Monte Carmeli, fiera li ssir kull sena u li permezz tagħha jin'abru fondi sabiex ikun jista' jsir titjib fil-faċilitajiet offruti mir-residenti.
Waqt il-ftuħ il-Ministru Gonzi irrefera għall-istigma li ħafna drabi s-soċjeta' tpo''i fuq persuni bi problemi ta' saħħa mentali. Huwa semma kif ħafna drabi l-istess soċjeta' li tippriedka favur l-integrazzjoni fis-soċjeta' ta' dawn il-persuni, tkun l-istess waħda li toħloq il-problemi meta tinħoloq xi inizjattiva fil-komunita'. Dawn huma esperjenzi reali, tenna il-Ministru Gonzi, esperjenzi li j'egħluk titħasseb għaliex juruk li għad hawn bżonn kbir ta' edukazzjoni f'dan il-qasam.
Okkażjoni bħal ta' llum hija mera ċara ta' kemm persuni bi problemi ta' saħħa mentali jistgħu jkunu produttivi u krejattivi fix-xogħol tagħhom. Anki meta jkunu taħt trattament, ix-xogħol u l-iżvilupp tal-krejattivita' huma, fihom nfushom, parti mill-kura u tieqa fuq il-bżonnijiet ta' l-individwu. Il-Ministru Gonzi fakkar li l-mira tal-Gvern hija li sa fejn huwa possibli, persuni bi bżonnijiet bħal dawn jintegraw ruħhom kemm fid-dinja tax-xogħol, kif wkoll fl-attivita' soċjali. Huwa għalhekk li l-Gvern jemmen fi pro'etti residenzjali fil-komunita'.
Il-Ministru Gonzi rringrazzja lil dawk kollha li ħadmu sabiex jipproduċu dawn l-o''etti, filwaqt li faħħar lil istaff u lil dawk kollha li għal sena wara l-oħra baqgħu jemmnu fil-kapaċitajiet ta' persuni bi problemi ta' saħħa mentali tant li mpenjaw ruħhom sabiex jorganizzaw din l-attivita' Il-Ministru għall-Politika Soċjali he''e' wkoll lil poplu Malti sabiex juri l-apprezzament tiegħu u jżur din il-fiera fl-Isptar Monte Carmeli.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN