Ghotja ta' Van b'risq l-introduzzjoni tas-servizz ta' Meals on Wheels f'Ghawdex
Permezz ta' ftehim bejn il-Ministeru ghal Ghawdex, il-Moviment Azzjoni Socjali u l-Hbieb tal-Morda u l-Anzjani f'Ghawdex, l-anzjani Ghawdxin jistghu jibdew jaghmlu uzu mis-servizz tal-Meals on Wheels, maghruf ukoll bhala s-servizz tal-Platt Shun, ghall-ewwel darba mit-tmintax ta' Dicembru.
F'Ghawdex, ilha hafna tinhass il-htiega li jigi offrut dan is-servizz li f'Malta ilu jinghata ghal dawn l-ahhar tmien snin. Permezz ta' dan is-servizz, li ser jinghata matul is-sena kollha, inkluz fil-Hdud u l-Festi Pubblici, l-anzjani Ghawdxin li ma ghadhomx igawdu livell ta' indipendenza fil-hajja taghhom ta' kuljum u ghalhekk ma jkunx possibli ghalihom li jsajjru fuq bazi regolari, ser ikollhom il-possibilit'? li jircieva ikla bnina u nutrijenti fi djarhom stess. L-anzjani Ghawdxin ghandhom l-ghazla li jaghmlu uzu minn dan is-servizz fuq bazi regolari jew meta jigu bzonn, bhal per ezempju meta l-carers ta' l-anzjani, li generalment ikunu l-ulied, jkunu jridu jiehdu vaganza.
F'cerimonja li saret fi Pjazza San Frangisk, ir-Rabat quddiem il-Ministeru ghal Ghawdex, il-bierah fil-ghaxija, il-Ministru ghal Ghawdex, l-Onorevoli Giovanna Debono, giet ipprezentata bic-cavetta u l-Log Book ta' van gdid, li nxtara apposta ghas-servizz tal-Meals on Wheels mill-ghaqda "Hbieb tal-Morda u l-Anzjani f'Ghawdex". Waqt din ic-cerimonja, sar ukoll it-tberik ta' din il-van.
Ic-Chairman ta' l-ghaqda, Dr Giovann Pace qal illi minn dejjem kienet ix-xewqa tal-"Hbieb tal-Morda u l-Anzjani f'Ghawdex" li jibdew jipprovdu dan is-servizz li huwa necessarju, specjalment ghal dawk l-anzjani li jghixu wahedhom u ma ghandhom lil hadd min jiehu hsiebhom.
Dr Pace, qal li l-"Hbieb", kif l-membri ta' l-ghaqda huma maghrufa, japprezzaw il-fatt illi l-Ministeru ghal Ghawdex gharaf il-hidma u l-impenn ta' l-ghaqdiet mhux governattivi, b'mod specjali ta' din l-ghaqda u tal-Moviment Azzjoni Socjali, li ha din l-inizjattiva li permezz taghha ser jibbenefikaw l-anzjani Ghawdxin. Dr Pace, li kien akkumpanjat minn membri ta' l-ghaqda, qal illi huwa kuntent hafna li l-"Hbieb", setghu jaghmlu din l-ghotja ta' van grazzi ghall-kampanji ta' gbir ta' fondi li huma jaghmlu fuq bazi regolari.
Il-Ministru ghal Ghawdex, l-Onorevoli Giovanna Debono, irringrazzjat lil Dr Pace u lill-membri kollha tal-"Hbieb tal-Morda u ta' l-Anzjani" ghal din l-ghotja. Hija qalet illi din l-inizjattiva setghet issehh biss permezz ta' hidma u ftehim sabiex jingabu flimkien ir-rizorsi tal-Ministeru ma' dawk ta' zewg ghaqdiet mhux governattivi attivi hafna fil-qasam socjali f'Ghawdex.
Hija l-politika tal-Ministeru ghal Ghawdex, kompliet il-Ministru Debono, li jaghzel li fejn hu possibli jahdem mill-qrib mal-Kunsilli Lokali kif ukoll ma' ghaqdiet mhux governattivi ghall-gid tal-poplu Ghawdxi kollu. Dan sar b'mod partikolari fil-qasam tal-kura ta' l-anzjani, fejn qed jitmexxa Day Centre fuq bazi regjonalighall-anzjani Ghawdxin permezz ta' ftehim li l-Ministeru ghamel mal-Kunsilli Lokali u l-Caritas fi hdan il-Kurja ta' l-Isqof f'Ghawdex.
Dawk l-anzjani li jixtiequ jibdew jaghmlu uzu minn dan is-servizz huma mitluba li jaghmlu kuntatt mad-Dipartiment ghall-Kura ta' l-Anjani fi hdan il-Ministeru ghal Ghawdex.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN