Tintemm l-ewwel fazi ta' l-implementazzjoni tas-sistema tal-Gwardjani Lokali
Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali Dr. Austin Gatt qal li bl-iffirmar tal-ftehim ta' koperazzjoni, intemmet l-ewwel fażi ta' l-implimentazzjoni tas-sistema tal-Gwardjani Lokali.
Huwa qal dan il-bieraħ fil-għaxija, waqt l-iffirmar tal-għaxar u l-aħħar Ftehim ta' Koperazzjoni għat-tħaddim tas-Sistema ta' l-Infurzar Lokali tal-Li'ijiet, bejn il-Kunsilli Lokali tal-Birgu, Bormla, Isla, Fgura, Kalkara, Marsascala, Xgħajra u Żabbar, fl-uffiċċju tal-Kunsill Lokali tal-Fgura – l-istess lokalit'? fejn se jkun sitwat it-Tribunal Lokali tal-istess grupp.
Dr. Gatt sostna li issa li ntemmet din l-ewwel fażi, jmiss lill-Kunsilli Lokali li jagħmlu sehemhom sabiex din is-sistema tinbeda skond il-programm stabbilit. Minn naħa tiegħu l-Gvern Ċentrali lesta l-ħidma preparattiva kollha u kollox huwa lest sabiex fil-15 ta' Jannar li 'ej, jinbeda l-field test, sabiex f'nofs Frar nibdew naraw il-Gwardjani Lokali fit-toroq tagħna.
Il-Ministru qal li bl-għajnuna tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, u l-konsulenti tal-Management Efficiency Unit ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, kull Kunsill irid jagħmel eżerċizzju fejn jidentifika fejn u meta jaħseb li għandu bżonn Gwardjan Lokali fil-lokalit'?.
Dr. Gatt faħħar l-impenn u l-kura'' li urew u qed juru l-Kunsill Lokali meta qed jidħlu għal dan l-impenn 'did – impenn li se jkun ta' 'id għall-komunitajiet li jirrapreżentaw u jmexxu.
Huwa kellu kliem ta' inkora''iment għal mod kif il-Kunsilli Lokali, bil-ħidma tagħhom kienu strumentali sabiex il-lokalitajiet tagħhom isiru aħjar f'kull sens.
"Jiena żgur li hekk kif tixhed l-esperjenza ta' dawn l-aħħar snin, it-tħaddim tas-sistema tal-Gwardjani Lokali se jkun suċċess – u dan għaliex il-partjiet kollha involuti ħadmu bis-sħiħ sabiex ikollna sistema adattata għal pajjiż modern," kompla Dr. Gatt.
Il-Ministru Gatt temm d-diskors qasir tiegħu billi fakkar li l-impenn tal-Gvern lejn it-tisħiħ tal-Kunsilli Lokali huwa wieħed totali u kontinwu, kemm permezz tal-finanzjament fl-aħħar Budget, li issa tela' għal madwar Lm11.5 miljun; u kif ukoll permezz tal-ħafna inizjattivi li l-Ministeru wettaq fl-aħħar sena u fi ħsiebu jwettaq tul is-sena li 'ejja.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN