Pubblikazzjoni dwar Servizzi u Beneficcji ghal persuni b'dizabilita'
Familji ta' tfal b'diżabilita' li jattendu ċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) fi ħdan l-Isptar San Luqa mil-lum ser jibdew jingħataw ktieb li jinkorpora fih is-Servizzi u l-Benefiċċji eżistenti għal persuni b'diżabilit'? bil-għan li jinforma u jagħmilha aktar faċli lil dawn il-familji sabiex ifittxu u jiksbu l-għajnuna u l-appo'' meħtie'.
Waqt konferenza għall-aħbarijiet li saret fis-CDAU stess, il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, Lawrence Gonzi, qal li l-Gvern din is-sena żied l-impenn tiegħu fil-qasam tal-persuni b'diżabilit'?. Dan jidher biċ-ċar b'żieda ta' Lm35,000 (27% fuq is-sena preċedenti) li vvota dan il-Gvern fil-Budget li għadu kemm 'ie ppreżentat mill-Ministru tal-Finanzi. Din iż-żieda hija ppjanata li tmur għat-tisħiħ tas-servizzi eżistenti u għall-ippjanar ta' servizzi 'odda f'dan il-qasam.
Il-Ministru Gonzi aċċenna għall-fatt li jeżistu numru sabiħ ta' servizzi u benefiċċji għall-persuni b'diżabilit'?. Madankollu, il-Ministru nnota li f'riċerka li saret dan l-aħħar mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'diżabilit'?, jidher li għad hemm numru ta' persuni li ma jafux x'servizzi jew benefiċċji jeżistu u li jistgħu jagħmlu użu minnhom.
L-informazzjoni dwar servizzi bħal dawn hija importatni, tenna l-Ministru Gonzi, l-aktar f'dawk il-mumenti kruċjali li jinqalgħu, partikolarment meta familji jiskopru xi diżabilit'? fi ħdan xi membru mill-familja. Huwa dan l-iskop li għalih qed tittieħed din l-inizjattiva, l-aktar fis-CDAU, post li fih ji'u mistħarr'a u analizzati problemi varji li minnhom jgħaddu t-tfal, problemi li jista' jkollhom l-egħruq tagħhom f'xi diżabilit'? fiżika jew intelletwali.
Dan il-ktejjeb jinkludi informazzjoni dettaljata dwar servizzi tas-saħħa, servizzi ta' matul il-jum, servizzi residenzjali, kif wkoll tagħrif dwar benefiċċji tas-Sigurt'? Soċjali, u għajnuniet oħra speċjali għall-persuni b'diżabilit'?.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN