Ghotja ta' flus mill-Bank of Valletta ghall-Isptar Generali t'Ghawdex
F'ċerimonja li inżammet fil-Ministeru għal '?awdex, iċ-Chairman tal-Bank of Valletta, is-Sur Joseph X. Zahra, ippreżenta għotjata' Lm1,000 lill-Ministru għal '?awdex, l-Onorevoli Giovanna Debono, b'risq l-Isptar Ġenerali t''?awdex.
Il-Ministru għal '?awdex kellha kliem ta' tifħir għal din l-inizjattiva tal-Bank of Valletta, li permezz tagħha ser igawdu minnha l-'?awdxin kollha, kif ukoll il-Maltin u l-barranin li matul iż-żjajjar tagħhom f''?awdex ikollhom bżonn jagħmlu użu mis-servizz tas-saħħa. Is-Sur Joseph X. Zahra qal illi huwa kburi bil-fatt illi l-Bank of Valletta rrisponda mill-ewwel għat-talba tal-Gozo Health Council.
Din id-donazzjoni ser tintuża sabiex ti'i installata sistema ta' fibre-optics sabiex ji'u konnessi ż-żew' partijiet amministrattivi ta' l-isptar. Din is-sistema ser tiffaċilita il-kommunikazzjoni permezz tat-teknolo'ija ta' l-informatika bejn il-parti amministrattiva fis-sezzjoni ta' l-istess Sptar, magħrufa bhala ta' l-Ibra'' u l-bqija ta' l-isptar.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN