Sedqa tniedi zewg inizjattivi godda
"Ricerka li saret mill-Programm ghall-istudji taz-zghazagh gewwa l-Universita' ta' Malta wriet li diversi studenti Maltin ta' bejn is-sittax u t-tmintax-il sena jinsabu f'riskju akbar li jizviluppaw problemi personali u socjali. Huwa ghalhekk li s-sedqa ghandha bzonn tindirizza lil dan is-settur tal-populazzjoni permezz ta' programmi preventivi, kampanji ta' edukazzjoni u programmi ta' outreach."
Il-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali qal dawn waqt konferenza ghall-ahbarijiet li matulha l-Agenzija sedqanidiet kampanja edukattiva dwar ir-rwol ta' l-abbuz tad-droga fit-trasmissjoni ta' infezzjonijiet bhal HIV u l-Hepatitis. Waqt din il-konferenza gie mniedi wkoll STORM - programm ta' prevenzjoni ghal studenti post-sekondarji.
Waqt diskors qasir li ghamel, il-Ministru Gonzi accenna ghal fatt li l-politika tal-Gvern fil-qasam tad-dipendenza trid timxi lil hinn minn sempliciment glieda kontra l-abbuz. Glieda kontra l-abbuz hija fiha nfisha glieda mitlufa ghaliex tfisser li min qed jabbuza diga' zviluppa problema ta' dipendenza. Ghalkemm, dan huwa necessarju biex tigi kkontrollata l-hsara li tista' ssir, il-Ministru qal li l-politika f'dan il-qasam trid tkompli thares aktar l-izvilupp tal-bniedem shih, u ghalhekk l-aqwa arma kontra dawk li llum nsejhulhom problemi socjali hija l-edukazzjoni - edukazzjoni fil-valuri tal-hajja u formazzjoni soda tal-karattru mibnija fuq stima pozittiva lejn il-persuna nnifsu. Politika bhal din mhix facli ssarafa f'rizultati ta' malajr, u spiss tista' tinghata l-impressjoni li ghalkemm qed isiru l-isforzi xorta wahda il-problema tal-abbuz qed tinfirex. Ghalkemm, dan huwa veru, huwa minn naha l-ohra importanti li ninvestu fi strategiji fit-tul, strategiji msejsa fuq l-analizi xjentifika tal-esperjenzi li nkunu ghaddejna minnhom.
Fil-fatt, il-Ministru Gonzi fahhar il-mod professjonali li bih qed timxi l-Agenzija sedqa fl-izvilupp ta' kampanji u servizzi godda. Dan jidher mir-ricerka li saret qabel it-tfassil ta' dawn iz-zewg progetti u l-analizi li saret fuq il-progett pilota tal-Programm STORM. Ir-rizultati jitkellmu wahedhom, tenna l-Ministru Gonzi, meta wiehed jinnota li fix-xahar li ilu jithaddem dan il-programm diga saru 25 referral ghal ghajnuna aktar specjalizzata. Dan kollu jfisser li l-programm qed ikun effettiv u qed jilhaq verament lil dawk li ghandhom l-aktar bzonn.
Filwaqt li heggeg lill-Agenzija sabiex tkompli tanalizza u tevalwa l-programmi taghha, il-Ministru Gonzi appella sabiex aktar entitajiet pubblici jadottaw dan il-metodu fl-ippjanar u fit-twettiq ta' inizjattivi godda.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN