Left arrow Go Back

Il-Hidma preparattiva ghat-thaddim tas-sistema tal-Gwardjani Lokali hija lesta

PR1896
Date Icon 01/12/1999

Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, Dr. Austin Gatt, qal li l-ħidma tal-Gvern Ċentrali għat-twaqqif tas-sistema tal-Gwardjani Lokali lesta l-ħidma preparattiva kollha minn naħa tiegħu u kollox huwa lest sabiex fil-15 ta' Jannar li 'ej, jinbeda l-field test, sabiex f'nofs Frar nibdew naraw il-Gwardjani Lokali fit-toroq tagħna.

Huwa qal dan kmieni llum wara nofsinhar, waqt l-iffirmar tad-disa' Ftehim ta' Koperazzjoni għat-tħaddim tas-Sistema tal-Infurzar Lokali tal-Li'ijiet, bejn il-Kunsilli Lokali tal-Floriana, Marsa u Valletta, fl-uffiċċju tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta. It-Tribunal Lokali ta' dan il-Grupp se jkun sitwat fil-bini tal-Qrati tal-Ġustizzja.

Dr. Gatt sostna li għalkemm minn naħa tal-Gvern Ċentrali kollox huwa lest, issa jmiss lill-Kunsilli Lokali li jagħmlu sehemhom sabiex din is-sistema tinbeda skond il-programm stabbilit.

Il-Ministru qal li bl-għajnuna tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, u l-konsulenti tal-Management Efficiency Unit tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, kull Kunsill irid jagħmel eżerċizzju fejn jidentifika fejn u meta jaħseb li għandu bżonn Gwardjan Lokali fil-lokalit'?.

"Ta' min igħid li hemm tliet gruppi li kważi lestew dan l-eżerċizzju u għalhekk il-pass li jmiss se jkun dak li joħor'u s-sejħa għall-offerti għal servizzi ta' Gwardjani Lokali," kompla l-Ministru Gatt.

Huwa ħe''e' lill-Kunsilli Lokali kollha li għadhom ma bdewx dan l-eżerċizzju sabiex jagħmlu dan mill-aktar fis, għaliex mingħajr din il-ħidma minn naħa tagħhom, ma jkunux jistgħu joħor'u s-sejħa għall-offerti.

Il-Ministru Gatt re'a għamel referenza għal-Budget mħabbar il-'imgħa l-oħra, li skond Dr. Gatt huwa wieħed ferm pożittiv għall-Kunsilli Lokali.

"Dan għaliex il-Kunsilli Lokali se jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom madwar Lm11.5 miljun, żieda ta' Lm2.5 miljuni fuq is-sena l-oħra u ta' Lm3.25 miljun fuq is-somma li ngħataw fl-aħħar sena ta' amministrazzjoni Laburista," kompla l-Ministru Gatt.

Huwa qal li t-total ta' Lm11.5 miljun huwa maqsum bejn Lm10.5 miljun li kienu allokati b'mod dirett fil-Budget imħabbar mill-Ministru tal-Finanzi, u madwar miljun lira oħra li se jori'inaw mid-dħul ta' ċitazzjonijiet permezz tal-Gwardjani Lokali u kif ukoll minn ħlas ta' liċenzji.

Il-Ministru Gatt temm billi awgura l-Kunsilli li kienu qed jiffirmaw dan il-ftehim, talli waslu biex jikkoperaw f'dan il-qasam, u awgura wkoll li jalla jkun hemm oqsma oħra li fihom ikun hemm aktar koperazzjoni bejn diversi Kunsilli Lokali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow