Ghawdex jiccelebra l-Millenju b'celebrazzjonijiet specjali ghal kulhadd
Waqt Konferenza Stampa moghtija fil-Librerija tal-Parlament fil-Belt, il-Ministru ghal Ghawdex, l-Onor Giovanna Debono, habbret id-dettalji tal-Programm Specjali ta' attivitajiet li thejja ghax-xahar ta' Dicembru mill-Kumitat Celebrazzjonijiet tal-Millennju fil-Ministeru ghal Ghawdex. Il-Ministru Debono spjegat kif wara t-twaqqif ta' dan il-Kumitat f'April li ghadda, f'Ghawdex thejja programm preparatorju u intensiv ta' attivitajiet u inizjattivi innovattivi li lahqu s-success mixtieq b'partecipazzjoni u attendenza massima sew mill-Ghawdxin kif ukoll minn numru kbir ta' Maltin u turisti li jzuru Ghawdex regolarment. Dan wassal biex fis-7 ta' Settembru li ghadda gie inawgurat ufficjalment il-Programm ta' Celebrazzjonijiet li ser jibqa' sejjer b'attivitajiet regolari ta' kull xahar sa' Frar 2001.
Il-Ministru Debono qalet li zgur li l-aspettattiva tal-parti l-kbira tal-Maltin u l-Ghawdxin zgur li hija marbuta ma' dak li ser jigri matul dan ix-xahar ta' Dicembru, l-ahhar xahar ta' dan il-Millennju, b'mod partikulari b'dak li ser jigri fil-lejl ta' transizzjoni bejn it-tieni u t-tielet millennju.
Fil-programm li qed jipprezenta l-Kumitat Celebrazzjonijiet tal-Millennju f'Ghawdex, hemm tliet taqsimiet partikulari. Fl-ewwel fazi bejn id-9 u t-13 ta' Dicembru, l-attivitajiet huma kkoncentrati mat-tifkira tal-25 Anniversarju tar-Repubblika b'attivitajiet li ser jilhqu l-qofol taghhom bil-Kuncert Ufficjali ta' Jum ir-Repubblika moghti mill-Orkestra Sinfonika ta' Ruma li ser jesegwixxu programm ta' l-aqwa siltiet tal-kompozituri Taljani Ennio Morricone u Nino Rota.
It-Tieni parti tal-programm tibda fl-14 ta' Dicembru u tibqa' sejra sa nhar il-Milied b'attivitajiet varji li jinkludu manifestazzjoni tat-tfal kollha Ghawdxin, l-ewwel edizzjoni ta' Suq Tradizzjonali tal-Milied u programm ta' marci b'Carols tal-Milied bis-sehem ta' l-ghaxar baned Ghawdxin. Din il-parti tal-programm tintemm bi spettaklu mill-isbah ta' Ballroom Dancing nhar il-Milied, taht it-tinda li ser tintrama' ghall-okkazzjoni fi Pjazza Indipendenza, Victoria.
L-ahhar parti tal-Programm Specjali jibda l-ghada tal-Milied u jibqa' sejjer sat-2 ta' Jannar 2000. Matul din il-gimgha, kuljum taht it-Tinda fi Pjazza Indipendenza ser ikun hemm spettaklu bl-aqwa talent lokali u barrani immirat ghal diversi sezzjonijiet u aspetti tal-popolazzjoni - il-familja, t-tfal, iz-zghazagh, il-folklor u r-religjon.
Il-qofol jintlahaq b'Spettaklu Uniku tul Triq ir-Repubblika, Victoria. Dan jibda nhar il-31 ta' Dicembru 1999 u jibqa' sejjer sa sbieh l-1 ta' Jannar 2000. F'din l-attivita, mmirata ghal nies ta' kull eta', ser ikun hemm spettakkli kontinwi fuq tliet palkijiet armati apposta tul Triq ir-Repubblika b'temi klassici, pop, zfin u gruppi barranin mistiedna. Tul l-istess triq ser ikun hemm ukoll stalls armati b'ikel u xorb, area ta' loghob u attrazzjonijiet ghat-tfal, big screens b'kollegamenti ma' pajjizi ohra barranin, marcijiet bis-sehem ta' baned lokali u spettakkli bis-sehem ta' Sbandieratori minn Latina fl-Italja. Tul il-lejl kollu partikolarment wara d-daqq tat-tokki ta' nofs il-lejl, mit-Torri tal-Millennju fi Pjazza Indipendenza, ikun hemm spettaklu kbir ta' loghob tan-nar ta' l-ajru mill-aqwa manifatturi Ghawdxin u Maltin. L-ispettaklu ta' dan il-lejl jigi fi tmiemu b'show mill-aqwa mill-Grupp Ingliz "Abba Mamma Mia" bl-aqwa kanzunetti ta' dan il-grupp memorabbli u wara b'muzika u zfin animati minn D'J's Maltin u Inglizi.
Il-Kumitat tal-Milennju f'Ghawdex jixtieq li din tkun okkazzjoni li fiha jiehdu sehem l-Ghawdxin kollha flimkien man-numru kbir ta' Maltin li ser jzuru Ghawdex ghal din l-okkazzjoni unika.
Il-Ministru Debono estendiet l-invit taghha lil kulhadd ghal dan il-Lejl Specjali, fejn wiehed jista' jgawdi mal-familja kollha minghajr ma jidhol f'ebda spejjez. Is-sabih ta' dan il-programm huwa li jista' jitgawda kollu kemm hu minn kulhadd minghajr ebda hlas.
Il-Programm ta' attivitajiet specjali jigi fi tmiemu b'manifestazzjoni ta' fidi fl-Ewwel Hadd tal-Millennju li ser issir taht it-Tinda fi Pjazza Indipendenza.
Ghal dawn il-festi t-toroq u l-pjazez principali tal-Belt Victoria f'Ghawdex izzejnu b'mod uniku u innovattiv minn kuntrattur Malti, li kien l-unika wiehed li tefa' l-offerta tieghu ghas-sejha li saret mill-Kumitat ghal-dwal dekorattivi f'din l-okkazzjoni. F'din l-okazzjoni wkoll nhar is-Sibt, 4 ta' Dicembru, ser jigi inawgurat ukoll Presepju Artistiku b'statwi lifesize mahdumin b'artigjanat kbir fit-terrcotta u rregalati lil gzira Ghawdxija mill-artisti ta' Sciacca fi Sqallija.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN