Aktar flus ghall-Kunsilli Lokali
Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali Dr. Austin Gatt qal li fil-Budget għas-sena 2000, il-Gvern wera bis-serjeta tal-fatti, x'tip ta' impenn għandu lejn il-Kunsilli Lokali, u l-fiduċja li għandu fil-ħidma mwettqa minnhom.
Huwa qal dan illum wara nofsinhar, waqt l-iffirmar tat-tmien Ftehim ta' Koperazzjoni għat-tħaddim tas-Sistema tal-Infurzar Lokali tal-Li'ijiet, bejn il-Kunsilli Lokali ta' '?axaq, Gudja, Marsaxlokk, Paola, Santa Luċia, Tarxien u Żejtun fis-sede tat-Tribunal Lokali tagħhom fiż-Żejtun.
Il-Ministru Austin Gatt kompla jghid li matul is-sena li 'ejja, l-Kunsilli Lokali se jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom madwar Lm11.5 miljun, żieda ta' Lm2.5 miljuni fuq is-sena l-oħra u ta' Lm3.25 miljun fuq is-somma li ngħataw fl-aħħar sena ta' l-amministrazzjoni precedenti.
Huwa qal li t-total ta' Lm11.5 miljun huwa maqsum bejn Lm10.5 miljun li kienu allokati b'mod dirett fil-Budget imħabbar mill-Ministru tal-Finanzi, u madwar miljun lira oħra li se jori'inaw mid-dħul ta' ċitazzjonijiet permezz tal-Gwardjani Lokali u kif ukoll minn ħlas ta' liċenzji.
Il-Ministru Gatt sostna kif dan il-finanzjament huwa wieħed li mhux biss se jservi biex jissaħħaħ il-kunċett ta' Gvern Lokali f'pajjiżna, iżda wkoll li juri bil-fatti li l-Kunsilliera Lokali tagħna huma ta' min jafdahom b'finanzi pubbliċi – kif qed jafdahom il-Gvern.
Dwar is-sistema tal-Gwardjani Lokali u t-Tribunali Lokali, Dr. Gatt qal li issa l-Kunsilli kollha qegħdin a''ornati mal-pjan ta' ħidma tal-Ministeru, u li bħalissa, bl-għajnuna tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, u l-konsulenti tal-Management Efficiency Unit tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, kull Kunsill qiegħed jagħmel eżerċizzju fejn qed jidentifika fejn u meta jaħseb li għandu bżonn Gwardjan Lokali fil-lokalit'?.
Il-Ministru Gatt qal li hemm tlett gruppi li kważi lestew dan l-eżerċizzju u għalhekk il-pass li jmiss se jkun dak li joħor'u s-sejħa għall-offerti għal servizzi ta' Gwardjani Lokali.
Huwa sostna li din is-sistema ta' infurzar lokali se ''ib rivoluzzjoni fil-mod ta' kif isir l-infurzar tal-li'ijiet f'pajjiżna, u tenna li d-dixxiplina li se ''ib magħha din is-sistema, se toħloq aktar kuxjenza dwar ir-responsabbilitajiet soċjali u komunitarji li għandna aħna lkoll.
Il-Ministru Gatt għamel referenza wkoll għall-fatt li fis-Seduta Parlamentari ta' fil-għodu, kien għadu kemm intemm l-istadju tat-Tieni Qari dwar l-emendi tal-Li'i tal-Kunsilli Lokali u li b'hekk, bi qbil mal-Oppożizzjoni, fi ftit 'imgħat oħra dawn l-istess emendi jsiru parti mill-Li'i, għas-sodisfazzjon ta' kulħadd.
Huwa temm billi awgura l-Kunsilli li kienu qed jiffirmaw dan il-ftehim, talli ħadmu f'atmosfera ta' koperazzjoni sħiħa. Huwa qal ukoll li l-Kunsilli Lokali kkonċernati kienu ilhom li ftiehmu iżda kellhom jistennew li jkun elett il-Kunsill Lokali ta' Paola sabiex l-istess Kunsill ikun jista' japprovah.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN