Left arrow Mur Lura

Il-Ministeru tas-Sahha jwiegeb lil MUMN dwar it-tindif fl-Isptarijiet

PR1888
Date Icon 30/11/1999

B'referenza ghall-istqarrija ghall-istampa mahruga mill-MUMN dwar it-tindif fl-Isptarijiet, il-Ministeru tas-Sahha jixtieq jiccara dawn il-punti:-

Il-bidla fil-qasam tat-tindif fl-isptarijiet hija parti mir-riforma li qed issir biex jigu aggornati s-sistemi ta' xoghol. Id-Dipartiment tal-Policy and Planning ghamel il-pjanijiet kollha b'kollaborazzjoni u ftehim mal-U.H.M. u l-G.W.U. u s-sistema li kellha tiddahhal kellha l-approvazzjoni ta' kullhadd. Kien biss in-nuqqas ta' kollaborazzjoni ta' xi mpjegati koncernati li xekkel it-twettieq ta' dan il-pjan.

Kien hemm impjegati li rrifjutaw li jobdu t-transfer li nghatalhom filwaqt li numru ta' fattigi rraputaw ‘sick'. Barra minn hekk kien hemm numru ta' fattigi li naghatalhom il-leave minn diversi Nursing Officers inkarigati mis-swali. Dan wassal biex in-numru ta' mpjegati li rrapurtaw ghax-xoghol ma kienx bizzejjed biex ilahhaq max-xoghol kif mehtieg bil-konsegwenza li l-livell ta' ndafa ma lahaqx dak mixtieq.

Wara li d-Divizjoni tas-Sahha hadet il-passi kollha mehtiega jidher li s-sitwazzjoni qed titjieb u tistenna li fi zmien qasir il-livell ta' ndafa jilhaq livelli ahjar milli kienu qabel. Id-Divizjoni qed tiehu wkoll passi dixxiplinarji kontra min mhux jobdi l-ordnijiet legittimi moghtija.

Id-Divizjoni thoss li l-poplu Malti ma ghandux ihallas Lm600,000 biex isir xoghol li d-Divizjoni ghandha bizzejjed impjegati biex jaghmluh.

Is-success tar-riforma jiddependi fuq il-flessibilita li ghandu jkollha d-Divizjoni fit-tqassim tal-impjegati fuq il-post tax-xoghol. Id-Divizjoni tawgura li ssib l-appogg tal-Unions kollha meta tigi biex twettaq riformi bil-ghan li jitjieb is-servizz ghall-gid tal-haddiema u specjalment tal-pazjent.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow