Left arrow Mur Lura

Kalendarju b'messagg dwar l-Abbuz mill-Alkohol

PR1883
Date Icon 30/11/1999

Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Louis Galea, din il-'imgħa ngħata kopji ta' l-"Alcohol Awareness Calendar 2000" pubblikat mill-Assoċjazzjoni Ġenituri Inħarsu 'l Uliedna.

Dan il-Kalendarju hu magħmul minn tpin'ijiet disinjati minn studenti li pparteċipaw f'kompetizzjoni bit-tema "L-Effetti u l-Konsegwenzi ta' l-Abbuż mill-Alkohol" b'enfasi fuq il-konsegwenzi tas-sewqan taħt l-influenza tax-xorb.

L-iskop ta' l-Assoċjazzjoni hu li tqajjem kuxjenza dwar il-problema mifruxa ta' l-abbuż mill-alkohol, partikolarment fost iż-żgħażagħ. Permezz ta' dan il-kalendarju l-Assoċjazzjoni riedet tgħaddi messa'' liż-żgħażagħ permezz ta' żgħażagħ sħabhom.

Din il-problema għandha tkun indirizzata ferm qabel ma tilħaq issir vizzju bil-konsegwenzi kollha li j'ib miegħu l-abbuż ta' l-alkohol.

Bħalissa l-Assoċjazzjoni hi mħassba dwar l-attivitajiet li kumpanniji privati qed jippreparaw għall-millennju, li ħafna minnhom jistgħu jkunu ffukati fuq il-konsum eċċessiv ta' l-alkohol, billi mal-biljett tad-dħul joffru wkoll "open bar" u hemm il-biża' li dawn l-attivitajiet jistgħu jwasslu biex, sfortunatament, uħud minn dawk li jattendu għalihom jispiċċaw ma jarawx il-bidu tal-millennju l-'did.

Il-kalendarju seta' jkun pubblikat bl-għajnuna tal-Caritas, Sedqa, BOV, HSBC, Clamus, Maltacom, Melita Cable, Gasan-Mamo Insurance, Debono Ltd, il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u l-Health Promotion Unit tad-Dipartiment tas-Saħħa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow