Left arrow Go Back

Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea jiltaqa' mal-Kummissarju ghal Edukazzjoni u l-Kultura tal-Kummissjoni Ewropea

PR1882
Date Icon 30/11/1999

F'laqgħa kordjali li saret fi Brussel bejn il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u l-Kummissarju għall-Edukazzjoni u Kultura tal-Kummissjoni Ewropea, il-Ministru Louis Galea tenna li Malta u l-Kummissjoni kellhom jaħdmu aktar fil-qrib issa li Malta dalwaqt tibda tipparteċipa fil-programmi ta' l-Edukazzjoni, Taħri' u Żgħażagħ ta' l-Unjoni Ewropea.

Minn stħarri' li sar ma dawk li jipparteċipaw fi programmi bħal Socrates, Leonardo u Youth for Europe jirriżulta li 99 fil-mija sabu li l-programmi kienu suċċess u li kienet esperjenza pożittiva ħafna. Għalhekk il-parteċipazzjoni ta' Malta f'dawn il programmi se tkun ta' benefiċċju kbir għaż-żgħażagħ Maltin meta pajjiżna jidħol f'dawn l-iskemi.

Il-Ministru għarraf lill-Kummissarju bid-deċizjoni tal-Kabinett Malti li jiffinanzja kwart mill-ispejjeż waqt li l-kumplament ikun provdut mill-fondi ta' qabel is-sħubija. Il-pass li jmiss se jkun dak li jinħatru nies bħala Koordinaturi Nazzjonali għat-tliet programmi.

Louis Galea saħaq dwar il-bżonn li l-Kummisjoni tappo''ja lil Malta biex tibda tipparteċipa f'dawn il-programmi kemm jista' jkun malajr. L-assistenza teknika tal-Kummissjoni għandha tgħin biex ikun hemm sisien sodi biex il-programmi f'Malta jibdew fuq is-sieq it-tajba. Il-Kummissarju Reding wie'bet li hi se tara li din l-għajnuna tingħata lil Malta.

Fl-isfera kulturali, il-Ministru Galea semma xi attivitajiet kulturali bħal Biennale ta' l-Arti f'Venezja, kif ukoll il Festival Kulturali f'Edinburgh, li Malta ħadet sehem fihom din is-sena. Il-Gvern qed jibni wkoll Ċentru Nazzjonali ta' l-Arti li fil-futur qarib għandu jibda jilqa' artisti Maltin u barranin.

Il-Kummissarju wriet ix-xewqa li Malta tingħaqad ma' l-Ewropa fil-kamp tal kultura għaliex għandha ħafna x'toffri bħala nazzjon. Hi qalet ukoll li l-Maltin għandhom bżonn li jaraw li l-Ewropa għandha ħafna lati pożittivi li ħafna drabi ji'u maħnuqa min dawk li huma kontra s-sħubija.

Su''eriment lill-Ministru Galea kien li Malta għandha tinvolvi aktar nies fi pro'etti popolari bħal dawk li seħħew madwar l-Ewropa, fejn komunitajiet sħaħ ingħaqdu biex jirrestawraw monumenti fil-villa''i tagħħom stess.

Għal din il-laqgħa attendew is-Sur Joe Sammut, Direttur ta' l-Ippjanar u Żvilupp fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, Dr. Simon Busuttil, Kap taċ-Ċentru ta' Informazzjoni Malta-Unjoni Ewropea u Dr. Elena Grech, mill-Ambaxxata Maltija fi Brussels.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow