Ghotja ta' taghmir edukattiv mill-Ambaxxata Amerikana
L-Ambaxxatriċi Amerikana għal Malta, l-E.T. Kathryn Proffitt, ippreżentat għadd ta' kotba u apparat edukattiv ieħor lill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni biex jintużaw minn li School Library Services tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
Il-materjal kien jinkludi madwar 540 volum tan-National Geographic Magazine, 27 video, 31 mappa, 14-il CD Rom tan-National Geographic, 8 wall clocks, 12-il time machine, termometri f'diversi daqsijiet, 19-il sextant, 11-il set ta' mikroskopji, 10 magniscopes, teleskopju, diversi mudelli u kits, jigsaw puzzles u għadd ta' affarijiet oħra.
Is-Sur Frederick Fearne, Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, irċieva dawn l-o''etti għan-nom tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni. Hu rringrazzja lill-Ambaxxatur Amerikan għal din l-għotja li żgur se tgħin biex tkabbar ir-riżorsi tad-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni fil-qadi tal-missjoni edukattiva tagħha.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN