Left arrow Go Back

Ghotja ta' taghmir edukattiv mill-Ambaxxata Amerikana

PR1875
Date Icon 29/11/1999

L-Ambaxxatriċi Amerikana għal Malta, l-E.T. Kathryn Proffitt, ippreżentat għadd ta' kotba u apparat edukattiv ieħor lill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni biex jintużaw minn li School Library Services tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.

Il-materjal kien jinkludi madwar 540 volum tan-National Geographic Magazine, 27 video, 31 mappa, 14-il CD Rom tan-National Geographic, 8 wall clocks, 12-il time machine, termometri f'diversi daqsijiet, 19-il sextant, 11-il set ta' mikroskopji, 10 magniscopes, teleskopju, diversi mudelli u kits, jigsaw puzzles u għadd ta' affarijiet oħra.

Is-Sur Frederick Fearne, Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, irċieva dawn l-o''etti għan-nom tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni. Hu rringrazzja lill-Ambaxxatur Amerikan għal din l-għotja li żgur se tgħin biex tkabbar ir-riżorsi tad-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni fil-qadi tal-missjoni edukattiva tagħha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow