Stqarrija mill-Ministeru ghall-Agrikoltura u Sajd
L-informazzjoni skorretta tat-taxxa ta' "Lm600 fis-sena" li d-Deputat ta' l-Oppozizzjoni, l-Onor. Noel Farrugia għadu jirrepeti, li kull familja Maltija w Għawdxija jkollha tħallas kull sena biex ti'i sostnuta l-politika agrikola ta' l-Unjoni Ewropea, tfisser li l-valur totali allokat fil-preżent għall-qasam agrikolu fl-U.E. żdied b'erba' (4) darbiet, u cioe' minn Lm18 il-biljun tela' għal Lm72 biljun fis-sena. Minkejja li hi bla bażi, l-Onor. Farrugia qed ikompli jsostniha.
Dan qalu l-Ministru tal-Biedja u Sajd, il-Perit Ninu Zammit, b'risposta għan-nuqqas ta' spjegazzjoni tat-"taxxa ta' Lm600" li ħare' biha l-Onor Noel Farrugia.
Il-Ministru Zammit re'a' spjega li b'paragun mal-popolazzjoni Maltija ta' madwar 400,000 ruħ u li fiha madwar 120,000 familja, fil-pajjiżi msieħba fl-U.E. hemm 400 miljun persuna li allura jfissru 120 miljun familja. Bit-taxxa ta' "Lm600 kull familja fis-sena" li qed jirrepeti l-Onor. Farrugia, dawn il-familji kollha flimkien allura qed jikkontribwixxu madwar Lm72 BILJUN fis-sena għall-biedja fl-U.E. Dan l-ammont huwa erba' (4) darbiet iżjed mill-vot jew ammont attwali ta' Lm18 il-BILJUN li l-U.E. qegħda fil-preżent toħro' għall-biedja kull sena!
Il-Perit Ninu Zammit temm jgħid li l-persistenza fin-nuqqas ta' spjegazzjoni minn naħa ta' l-Oppożizzjoni dwar it-"taxxa ta' Lm600 ta' Noel Farrugia" tkompli toħro' fil-beraħ il-misinformazzjoni ta' l-istess Oppożizzjoni, liema a'ir jagħmel ħsara lil-kredibbilit'? ta' l-Oppożizzjoni.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN