Il-Ministru Francis Zammit Dimech jattendi Laqgha ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-Ambjent
Il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech, illum mar Brussels biex għada jieħu sehem fil-ħames laqgħa tal-Ministri għall-Ambjent tal-pajjiżi meqjusa bħala kandidati għal sħubija fl-Unjoni Ewropea. Din hi l-ewwel darba li Malta kienet mistiedna għal laqgħa bħal din u l-istedina saret mill-Kummissarju responsabbli għall-Ambjent, Margot Wallstrom.
F'din il-laqgħa ser ikunu diskussi, fost l-oħrajn, l-eżerċizzju ta' l-iscreening ambjentali li qed isir fil-pajjiżi kandidati, u l-finanzjament li l-pajjiżi kandidati jkunu jeħtie'u tul il-proċess qabel jissieħbu biex ikunu jistgħu jaddottaw il-parti ta' l-acquis li tikkonċerna l-ambjent; ser ikun diskuss ukoll il-mod kif konsiderazzjonijiet ambjentali jistgħu jkunu integrati fil-policies tal-pajjiżi kandidati.
Qabel telaq, il-Ministru Zammit Dimech qal li din il-laqgħa - li turi li Malta re'għet kienet integrata fil-proċess li jwassal għas-sħubija - 'iet fi żmien tajjeb peress li matul il-'imgħa d-dieħla ser issir is-sessjoni ta' screening dwar l-ambjent fi Brussels.
Hu semma wkoll li bħalissa Malta qed tieħu sehem f'laqgħa tal-Management Board ta' l-A'enzija Ambjentali Ewropea, li qed issir f'Copenhagen. Malta kienet mistiedna ghal din il-laqgħa wara li aktar kmieni din is-sena applikat biex tissieħeb f'din l-a'enzija. Fil-laqgħa qed ikunu kunsidrati applikazzjonijiet għal sħubija minn diversi pajjiżi, inkluża Malta. Barra minn hekk, qed ikun diskuss ir-rapport dwar l-istat ta' l-ambjent fl-Unjoni Ewropea.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN