Left arrow Go Back

Il-Ministru Francis Zammit Dimech jattendi Laqgha ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-Ambjent

PR1857
Date Icon 25/11/1999

Il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech, illum mar Brussels biex għada jieħu sehem fil-ħames laqgħa tal-Ministri għall-Ambjent tal-pajjiżi meqjusa bħala kandidati għal sħubija fl-Unjoni Ewropea. Din hi l-ewwel darba li Malta kienet mistiedna għal laqgħa bħal din u l-istedina saret mill-Kummissarju responsabbli għall-Ambjent, Margot Wallstrom.

F'din il-laqgħa ser ikunu diskussi, fost l-oħrajn, l-eżerċizzju ta' l-iscreening ambjentali li qed isir fil-pajjiżi kandidati, u l-finanzjament li l-pajjiżi kandidati jkunu jeħtie'u tul il-proċess qabel jissieħbu biex ikunu jistgħu jaddottaw il-parti ta' l-acquis li tikkonċerna l-ambjent; ser ikun diskuss ukoll il-mod kif konsiderazzjonijiet ambjentali jistgħu jkunu integrati fil-policies tal-pajjiżi kandidati.

Qabel telaq, il-Ministru Zammit Dimech qal li din il-laqgħa - li turi li Malta re'għet kienet integrata fil-proċess li jwassal għas-sħubija - 'iet fi żmien tajjeb peress li matul il-'imgħa d-dieħla ser issir is-sessjoni ta' screening dwar l-ambjent fi Brussels.

Hu semma wkoll li bħalissa Malta qed tieħu sehem f'laqgħa tal-Management Board ta' l-A'enzija Ambjentali Ewropea, li qed issir f'Copenhagen. Malta kienet mistiedna ghal din il-laqgħa wara li aktar kmieni din is-sena applikat biex tissieħeb f'din l-a'enzija. Fil-laqgħa qed ikunu kunsidrati applikazzjonijiet għal sħubija minn diversi pajjiżi, inkluża Malta. Barra minn hekk, qed ikun diskuss ir-rapport dwar l-istat ta' l-ambjent fl-Unjoni Ewropea.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow