Left arrow Mur Lura

Kumitat ghac-celebrazzjonijiet tal-Millenju: madwar 4,000 persuna involuti fil-Festi

PR1854
Date Icon 25/11/1999

Il-preparamenti għaċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Millennju jinsabu fl-aqwa tagħhom u madwar 4057 persuna se jkunu involuti fil-festi.

Mijiet ta' rappreżentanti minn għaqdiet Maltin se jiftħu ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Millennju b'parata inawgurali li fi tmiemha il-parteċipanti ipo''u fjura f'ri'lejn il-Monument ta' Kristu Re fil-Floriana.

Din il-Parata bit-tema "Inroddulkom '?ajr" trid tissimboliżża l-ħajr tal-poplu lil missirijietna li għal elfejn sħaħ żammew sħiħ it-twemmin nisrani. Hu maħsub li f'din il-Parata jieħdu sehem tliet rappreżentanti minn kull Kunsill Lokali, partiti politiċi, trejd unions, għaqdiet, assoċjazzjonijiet, korpi, u kazini.

Il-parteċipanti se jinkludu kemm għaqdiet nazzjonali kif ukoll għaqdiet u assoċjazzjonijiet lokali li jinsabu fid-diversi bliet u rħula ta' Malta u Għawdex.

Dan mistenni jkun avveniment uniku li matulu, wara li l-parteċipanti jkunu mxew minn Triq il-Merkanti, Triq l-Arċisqof, Triq ir-Repubblika, u għaddew minn Bieb il-Belt għall-Furjana, fejn fl-aħħar tal-Parata, bil-fjuri li jitpo''ew f'ri'lejn il-Monument ta' Kristu Sultan ikun iffurmat tapit kbir ta' fjuri.

Sadattant bħalissa qed issir ħidma intensa bi tħejjija għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet li l-pajjiż se jagħmel biex ifakkar il-bidu tal-Millennju l-'did.

Fost affarijiet oħra din il-ħidma tinkludi l-preparazzjoni għall-bini ta' tliet palki f'postijiet differenti fil-Belt, palk kbir fl-Arena ta' l-Indipendenza, esibizzjoni kbira fis-sit tat-Teatru Rjal, il-koordinazzjoni ta' marċi minn 15-il banda differenti, il-wasla, l-akkomodazzjoni u l-provi ta' 20 grupp folkloristiku barrani, il-ħolqien ta' speċi ta' 'nien kbir f'Bieb il-Belt u l-amministrazzjoni marbuta ma dan kollu.

Dawn l-attivitajiet se jkunu mifrux kull fil-għaxija għal sitt ijiem sħaħ, li fihom il-pubbliku Malti se jkun jista' jassisti għal parata grandjuza ta' karrozzi antiki, parati minn gruppi ta' Scouts, Re-enactmentsstoriċi li jwasslu minn żmien ir-Rumani sat-Tieni Gwerra Dinjija, serati spettakolari bl-aqwa talent Malti, korijiet, żeffiena, atturi, mużiċisti, artisti, preżentaturi flimkien ma' arti''jani Maltin u Għawdxin.

Din l-attivit'? kollha, se tkun tinvolvi wkoll il-ħidma ta' professjonisti fit-teknika tad-dwal u sound, wirjiet bi projezzjonijiet fuq screens enormi, kif ukoll esibizzjoni kbira ta' logħob tan-nar.

B'kollox hemm madwar 4057 persuna li b'xi mod qed jagħtu sehemhom biex dawn il-festi jkunu suċċess kbir kif jixraq lill-poplu Malti f'din l-okkażjoni irrepetibbli.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow