Jinghata bidu ghall-Kampanja biex jinxtara apparat ghar-Renal Unit ta' l-Isptar San Luqa
Kontra l-ghajdut li kien hawn fl-ahhar gimghat, nhar it-Tnejn li ghadda fil-Budget, il-Gvern ikkonferma l-impenn tieghu fil-qasam tas-sahha. Dan ma uriehx biss biz-zieda sostanzjali ta' flus li gew ivvotati aktar mis-sena l-ohra, imma wkoll b'dikjarazzjonijiet li juru l-impenn li titnaqqas il-hela biex dan l-investiment igawdih kollu kemm hu l-pazjent.
Dan qalu l-Ministru tas-Sahha, Louis Deguara, waqt konferenza ta' l-ahbarijiet li tat bidu ghal Charity Week '99 organizzata mill-Friends of St. Luke's u l-Kunsill Studenti Universitarji li matulha ser jingabru flus biex jinxtara apparat ghar-Renal Unit ta' l-isptar San Luqa.
Il-Ministru Deguara, filwaqt li fahhar il-gest ta' din il-kampanja, qal li f'kull pajjiz madwar id-dinja issib organizzazzjonijiet li matul is-snin ghamlu kampanji biex xtraw apparat ghall-isptarijiet. Ghaldaqstant ma jinftihemx kif f'Malta dan il-gest jigi politicizzat minflok ma jintwera apprezzament lil dawk li jkunu involuti f'attivit'? bhal din. Hu kompla jghid li l-apparat li ser jinxtara dig'? jezisti fir-Renal Unit ta' l-Isptar San Luqa, izda minhabba li n-numru ta' pazjenti li qed ibatu minn mard tal-kliewi qed jizdied, bhalissa l-isptar qed jaghmel uzu minn dawn iz-zewg magni f'daqqa u jekk wahda minnhom ikollha l-hsara, minflok il-kura tkun provduta 12-il siegha kuljum biz-zewg magni, il-kura tinghata matul l-24 siegha tal-gurnata b'magna wahda sakemm l-ohra tissewwa. Permezz ta' din id-donazzjoni, f'kaz ta' hsara l-kura tibqa' tigi provduta minghajr inkonvenjent ghall-pazjenti li jkollhom jattendu matul il-lejl.
Il-Ministru tas-Sahha qal li dawn l-attivitajiet ghandhom iqajjmu kuxjenza f'dawk kollha li jabbuzaw mis-servizzi tas-sahha. Hemm bzonn li kulhadd ikun konxju li jekk jinqatghu l-abbuzi, il-flus li l-Gvern jivvota kull sena ghas-settur tas-sahha jistghu ikunu uzati ahjar.
Fi tmien il-konferenza ta' l-ahbarijiet, il-Ministru Deguara pprezenta tifkira lis-Sur Tony Bugeja, infermier fir-Renal Unit, li nhar is-Sibt li ghadda ntghazel bhala l-Haddiem tas-Sena. It-Tabib Deguara qal li l-ezempju ta' Tony Bugeja ghandu jkun ta' ezempju ghal kull impjegat tad-Divizjoni tas-Sahha kif ukoll ghall-haddiema kollha.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN