Il-Kumitat Konsultattiv dwar il-Bioetika jipprezenta zewg rapporti lill-Ministru tas-Sahha
Il-Kumitat Konsultattiv dwar il-Bioetika fi hdan il-Ministeru tas-Sahha ghadu kif ipprezenta zewg rapporti lill-Ministru tas-Sahha dwar it-trapjanti u t-teknologija fir-riproduzzjoni.
Dan habbru l-Ministru tas-Sahha Louis Degura meta fetah seminar ta' 3 ijiem dwar id-drittijiet tal-pazjent li qed ikun organizzat mill-Kumitat Konsultattiv dwar il-Bioetika.
Il-Ministru Deguara qal li dawn iz-zewg dokumenti jqajmu diversi issues u jiffokaw f'oqsma delikati hafna u ghalhekk ghandhom ikunu diskussi wkoll fil-pubbliku.
Il-Ministru Louis Deguara qal li d-dokument dwar ir-riproduzzjoni jitkellem dwar id-donazzjoni ta' l-isperma u dwar il-hazna ta' bajd fertilizzat. Hu kompla jghid li l-agenda ta' l-amministrazzjoni prezenti hi li l-ebda wahda minn dawn ma tista' tkun adottata jekk ma tghaddix mill-istituzzjonijiet kollha tal-pajjiz li jirrapprezentaw ukoll it-twemmin religjuz tal-poplu Malti.
Id-dokument dwar it-trapjanti jittratta fid-dettal id-donazzjoni ta' l-organi kif ukoll il-mod kif jinkisbu dawn l-organi. Il-Ministru Deguara sostna li hemm bzonn li jkun hemm protokolli stabbiliti dwar l-ghoti ta' l-organi minn persuni zghar li jkun ghadhom ma lahqux eta' ta' adulti sostna. Wara li gie skrutinat mill-kumitat tal-bioetika, dan il-punt, flimkien ma ohrajn, ghandu wkoll ikun diskuss fil-pubbliku.
Il-Ministru kompla jghid li l-agenda tal-Gvern tinkludi fiha c-Charter tad-Drittijiet tal-Pazjent u ghalhekk il-professjonisiti medici ghandhom ikunu mharrga wkoll dwar kif ghandhom jaghtu l-informazzjoni lill-pazjent. Barra minhekk, dan it-tahrig ghandu jinkludi fih ukoll l-informazzjoni biex il-professjonisti jkunu jafu kif ghandhom jitrattaw ma pazjenti li jkunu f'diffikulta' jew taht pressjoni biex jaghtu kunsens.
L-introduzzjoni ta' l-informatika qed titlob ukoll li jkunu introdotti proceduri biex jiggarantixxu l-kunfidenzjalita`. Ghandu wkoll ikun hemm assigurazzjoni li waqt li tkun qed issir ricerka tkun garantita wkoll l-etika. Il-Ministru qal li qabel jibda kull progett ta' ricerka ghandu filfatt ikun garantit ir-rispett lejn il-principji tal-kunsens u l-etika.
Il-Ministru Deguara temm jghid li l-Malta College of Family Doctors ghadu kif hareg Charter dwar id-drittijet tal-pazjent fil-qasam tat-tobba tal-familja. Hu irrefera ghal dan bhala pass fid-direzzjoni t-tajba u inkoraggixxa l-oqsma medici kollha biex isegwu dan il-pass u jadottaw dawn ic-Charters bhala linji ta' gwida.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN