Stedina lill-bdiewa biex jipproducu l-kompost fir-raba' taghhom
Il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech qal li l-Gvern lest li jipprovdi l-mezzi meħtie'a lil dawk il-bdiewa li għandhom il-provvista tad-dawl fl-irziezet tagħhom u jixtiequ li jibdew jipproduċu l-kompost għar-raba tagħhom. Hu qal li din l-istedina qegħda ssir peress li mhux qed jinstab biżżejjed spazju biex aktar skart organiku jkun jista' jinbidel f'kompost permezz tas-sistema tal-boroż li qed tintuża bħalissa.
Il-Ministru Zammit Dimech kien qed jitkellem waqt laqgħa li saret mill-Friends of the Earth (Malta) fis-sala tal-Kunsill Lokali ta' l-Iklin, bħala parti mill-kampanja li qed tagħmel din l-għaqda ambjentali biex aktar nies ikunu mħajra jirriċiklaw f'kompost l-iskart organiku domestiku fi djarhom stess.
Hu semma li l-iskart fid-djar, li għandu perċentwali għoli ta' materjal li hu organiku, qed dejjem jiżdied. Jekk wieħed iqabbel kemm kien ikun i''enerat mid-djar kważi 20 sena ilu, ji'ifieri fl-1981, ma' dak li qed ikun i''enerat illum, isib li kienet re'istrata żieda ta' madwar 4 fil-mija minn sena għal sena.
Jidher ukoll, kompla l-Ministru Zammit Dimech, li r-rata ta' żieda fl-ammont ta' skart i''enerat fid-djar żdiedet b'ritmu aktar qawwi matul dawn l-aħħar snin. Ir-ra'uni għal dan hi li l-ammont ta' skart jiżdied meta r-ritmu ta' l-ekonomija u l-livell tal-ħajja jitjiebu.
Il-Ministru Zammit Dimech kompla li ma nistgħux nibqgħu ntejbu l-livell tal-għajxien tagħna mingħajr ma fl-istess ħin naraw kif se nibdew innaqqsu l-iskart li jkun i''enerat fid-djar.
Hu fakkar li l-problema ta' l-iskart f'pajjiżna ilha teżisti s-snin tant li fis-snin sittin u sebgħin kien hawn miżbliet f''?al Luqa, Sant'Antnin, ix-Xwieki, '?a'ar Qim, il-Buskett, Wied Fulija u l-Magħtab. Wara għadd ta' ilmenti u o''ezzjonijiet, fis-snin tmenin ingħalqu ħafna minnhom u tħallew miftuħa l-miżbliet ta' Wied Fulija u tal-Magħtab, għalkemm magħhom kienu żdiedu miżbliet ukoll f'Għar Lapsi u l-Imtaħleb. Illum fadal biss dik ta' l-Imtaħleb.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li għalkemm il-kobor tal-miżbla tal-Magħtab qiegħed jiżdied b'ritmu qawwi minħabba l-iskart ta' l-industrija tal-kostruzzjoni, il-problemi li joħolqu l-inkonvenjenti tal-miżbla 'ejjin prinċipalment mill-iskart tad-djar.
Hu żied li l-Gvern minn dejjem ħadem biex itaffi mill-inkonvenjent ta' dan l-iskart, tant li fis-snin sittin u fil-bidu tas-snin sebgħin kien jitħaddem fil-Marsa impjant magħruf bħala pulverising plant, fejn l-iskart tad-djar kien jintiżen u wara kienu jitneħħew minnu bl-idejn dawk il-frazzjonijiet li m'humiex tajbin għall-kompost, bħal ħadid u ħ'ie'.
Wara, il-materjal organiku kien jindaħan fl-impjant u jingħata lill-bdiewa biex minnu jipproduċu l-kompost fl-għelieqi tagħhom. Il-Ministru għall-Ambjent semma li permezz ta' din is-sistema, fl-1965 il-Gvern kien daħħal madwar Lm2,000 mill-ipproċessar ta' madwar 6,500 tunnellata skart. Din is-sistema ma kinitx baqgħet titħaddem fil-bidu tas-snin sebgħin wara li l-Gvern ta' dak iż-żmien ma kienx approva nefqa biex issir manutenzjoni 'enerali lil dan l-impjant.
Għoxrin sena wara, ji'ifieri fl-1993, kompla l-Ministru Zammit Dimech, beda jitħaddem l-impjant ta' riċikla'' f'Marsaskala bl-iskop li tibda tkun iffaċċjata bl-akbar serjet'? l-problema dejjem tikber ta' l-iskart u llum il-proċess ta' riċikla'' qed isir bl-użu ta' boroż li jqumu ħafna flus.
Hu semma li din is-sena kienu proċessati aktar minn 25,000 tunnellata ta' skart organiku permezz ta' din is-sistema. Biex seta' jintlaħaq dan l-ammont, kellu jibda jsir użu mill-miżbliet ta' Wied Fulija u tal-Magħtab bħala siti fejn jinżammu l-boroż li fihom ikun proċessat l-iskart. Dan peress li ntuża l-ispazju kollu disponibbli fl-impjant ta' Sant'Antnin.
Kien hawn li l-Ministru Zammit Dimech għamel l-istedina lil dawk il-bdiewa li jixtiequ joffru ftit spazju fir-raba tagħhom biex ikun jista' ji'i proċessat aktar skart f'kompost u jkunu jistgħu mbagħad jużawh huma stess fl-għelieqi tagħhom. Hu qal li d-Dipartiment konċernat hu anki lest li, minbarra li jipprovdi l-boroż u l-iskart organiku, jipprovdi wkoll b'xejn il-pompi ta' l-arja li jintużaw f'dan il-proċess. Hu qal li b'dan il-mod ikun jista' jkompli jonqos ir-rimi ta' skart organiku fil-miżbla tal-Magħtab.
Il-Ministru Zammit Dimech temm li dan kollu juri kemm hu importanti li l-poplu jsir aktar konxju mill-ħtie'a li jnaqqas mill-iskart u li jintuża dak l-iskart li jista' jkun ta' benefiċċju għall-ħamrija f'pajjiżna, li hi nieqsa mill-materjal organiku.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN