Il-Ministru tas-Sahha jipprezenta certifikati ta' registrazzjoni lill-Infermiera godda
Il-Ministeru tas-Sahha matul l-ahhar sena kien impenjat biex jiggarantixxi titjieb fil-kundizzjonijet tax-xoghol ta' l-infermiera. Dan ma sarx biss permezz ta' zidiet fil-pagi, skond il-ftehim kollettiv iffirmat fl-ahhar tas-sena l-ohra, imma wkoll billi din il-professjoni nghatat lura l-awtonomija li tixirqilha.
Dan qalu l-Ministru tas-Sahha, Louis Deguara, meta kien qed iqassam certifikati ta' registrazzjoni lill-infermiera godda.
Il-Ministru Deguara qal li llum in-nuqqas ta' infermiera li d-Divizjoni kellha fl-ahhar snin m'ghadux jinhass u dan sehh minhabba li l-Gvern kien gharaf din il-problema u indirizzaha bis-serjet'?. Hu kompla jghid li llum l-infermiera ghandhom opportunitajiet godda biex, ladarba jibdew jahdmu jkomplu jispeccjalizzaw f'oqsma differenti ta' din il-professjoni. Dan kollu huwa vantagg kemm ghall-infermier, kif ukoll ghall-pazjent innifsu.
Bhalissa, kompla jghid il-Ministru tas-Sahha, qed isir sforz biex jinbiddlu l-prattici antikwati tax-xoghol. Hu sostna li ma jistax ikun li impjegati fid-divizjoni jhossuhom li jappartjenu ghal xi sala partikolari imma ghandu jidhol aktar il-kuncett ta' flessibilt'?. Kull xahar id-Divizjoni tas-Sahha qed thallas madwar Lm120,000 f'overtime, bejn l-Isptar San Luqa u l-Isptar Monte Carmeli, meta hafna minn dan ix-xoghol ikun jista' jsir minn impjegati li jkunu waqt il-gurnata tax-xoghol taghhom u ma jkunx hemm ghalfejn jiddahhlu impjegati biex jahdmu overtime. Louis Deguara qal li kaz tipiku kien meta f'sala partikolari ma kien hemm l-ebda pazjenti rikoverat, izda kien hemm nuqqas ta' infermiera f'sala ohra. Biex taghmel tajjeb ghal dan in-nuqqas id-Divizjoni talbet lill-infermiera li ma kellhomx xoghol biex imorru jahdmu fis-sala l-ohra, izda l-unions irrifjutaw li jaccettaw li dawn l-infermiera jiccaqalqu u ghalhekk kellhom jiddahhlu infermiera ohra biex jahdmu l-overtime.
Din hi sitwazzjoni li mhix accettabbli sostna il-Ministru Deguara, aktar u aktar meta illum kulhadd huwa konxju tal-problema finanzjarja tal-pajjiz. Flus min ihallas it-taxxi m'ghandhomx ikunu sparpaljati b'dan il-mod.
Il-Ministru Deguara filwaqt li awgura success lil dawk prezenti fil-karriera taghhom, heggieghom biex ma jcahdux lilhom infushom mill-opportunitajiet li minn zmien ghal zmien toffrilhom id-Divizjoni, permezz ta' korsijiet u tahrig iehor. Hu heggighom ukoll biex ipoggu lill-pazjent fic-centru ta' kull decizjoni li jiehdu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN