Seminar dwar il-futur ta' l-Institute of Health Care
Matul is-sena d-diehla l-Ministeru tas-Sahha ser ikun impenjat f'ezercizzju biex jitfassal pjan ghar-rizorsi umani biex ikun prezentat lill-impjegati kif ukoll lill-ghalliema b'indikazzjoni cara fuq l-opportunitajiet li ser ikun hemm fil-futur.
Dan habbru l-Ministru tas-Sahha, Louis Deguara, meta kien qed jindirizza l-partecipanti f'seminarta' gurnata organizzat mill-Institute of Health Care dwar il-futur ta' l-istess istitut.
It-Tabib Deguara qal li r-rizultat tat-twaqqif ta' l-Institute of Health Care kien wiehed tajjeb hafna. Mhux biss zdiedet il-kwantit'?, imma anke l-kwalit'? tal-gradwati zdiedet konsiderevolment matul is-snin. Il-Ministeru tas-Sahha minn dejjem kien jimxi id f'id ma' dan l-istitut u dan ghandu jibqa' jsir fil-futur, billi z-zewg nahat jghinu u jsostnu lil xulxin.
Fid-diskors tieghu, Louis Deguara ghamel erba' proposti ghall-istitut. Il-mixja biex il-korsijiet ikunu ta' grad ta' diploma u degree, il-holqien ta' korsijiet ghal carers, il-bzonn li jkun hemm korsijet post-graduate ghal specjalizzazzjoni u l-integrazzjoni ta' l-oqsma tal-medicina, bl-inkluzjoni ta' l-iskola medika u dik tad-dentistrija, kif ukoll id-dipartiment tal-farmacija.
Il-Ministru Deguara qal li l-isptar il-gdid f'Tal Qroqq ghandu bzonn l-ahjar rizorsi biex ikun jista' jwettaq l-ghanijiet li qed jinbena ghalihom, dawk ta' sptar generali akut, kif ukoll centru ta' taghlim, ricerka u eccellenza. Hu kompla jghid li mal-bini ta' dan l-isptar ma tistax tinhela l-opportunit'? li l-professjonijiet medici u paramedici ma jkunux integrati f'istitut wiehed.
L-ewwel ghoxrin sena tal-millennju l-gdid, ser igibu maghhom zieda qawwija fil-popolazzjoni anzjana. Ghalhekk taht is-supervizjoni ta' l-infermiera u l-paramedici ser ikun hemm bzonn ta' aktar carers u care workers biex jassistu lill-anzjani fl-attivitajiet taghhom ta' kuljum, kif ukoll biex jghinuhom fil-bzonnijiet taghhom. Ghalhekk il-bzonnn li jinfethu l-korsijiet ghal carers, sostna Louis Deguara.
Illum qed jinhass il-bzonn li kemm l-infermiera, kif ukoll il-paramedici jispecjalizzaw f'oqsma differenti tal-professjoni taghhom. Sal-lum gew identifikati l-prioritajiet li huma t-theatre nursing, anaesthetic nursing u l-paediatric intensive care. Ghalhekk il-bzonn li jkun hemm ukoll korsijiet post-graduate.
Il-Ministru tas-Sahha qal li l-Ministeru tas-Sahha u l-Institute of Health Care flimkien jistghu ihaddmu dawn l-istrategiji l-godda u s-seminar tal-lum huwa okkazzjoni biex dawn l-ambizzjonijiet isiru realt'?.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN