Laqgha tal-Kumitat Bilaterali bejn Malta u l-Egittu
Bejn il-15 u s-16 ta' Awissu saret il-laqgha tal-kumitat bilaterali bejn Malta u l-Egittu fil-kuntest tal-Ftehim ta' Koperazzjoni dwar il-glieda kontra t-Traffikar tad-Droga u l-Kriminalit'? Organizzata tal-1997.
Iz-zewg nahat qablu li jzidu l-koperazzjoni biex isahhu l-glieda kontra t-traffikar illegali tad-drogi narkotici u sustanzi psikotropici, u forom ohra ta' kriminalit'?.
Malta uriet l-apprezzament taghha ghall-assistenza teknika min-naha ta' l-awtoritajiet Egizzjani filwaqt li d-delegazzjoni Egizzjana esprimiet ix-xewqa li toffri aktar tahrig u koperazzjoni fil-glieda kontra d-droga u l-kriminalit'?.
Id-delegazzjoni Maltija kienet immexxija mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta' l-Intern, Louis Cilia u l-Kummissarju tal-Pulizija George Grech. Id-delegazzjoni Egizzjana tmexxiet mill-assistent tal-Ministru ta' l-Intern u l-kap tad-Dipartiment tas-Sigurt'? Generali fl-Egittu il-General Mohammed Sharawy.
Id-delegazzjoni Egizzjana kienet akkumpanjata mill-E.T. Ambaxxatur tal-Egittu ghal Malta.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN