Left arrow Go Back

Il-Prim Ministru jattendi ghas-Summit ta' l-Organizazzjoni ghas-Sigurta' u l-Koperazzjoni fl-Ewropa

PR1802
Date Icon 16/11/1999

Il-Prim Ministru jħalli Malta ghada l-Erbgħa 17 ta' Novembru 1999, biex f'Istanbul, fit-Turkija, jattendi s-Summit ta' l-Organizazzjoni għas-Sigurta` u l-Koperazzjoni fl-Ewropa, l-OSCE.

Is-Summit ji'bor flimkien il-Kapijiet ta' Gvern ta' l-54 pajjiż li jieħdu sehem fl-Organizazzjoni u għandu l-għan li jsaħħaħ ir-rwol importanti li l-OSCE għandha fil-qasam tas-sigurta` fl-Ewropa, l-aktar wara l-esperjenzi fil-Bosnia u fil-Kosovo, u dak li qed ji'ri fiċ-Chechnya.

Il-laqgħa t'Istanbul mistennija tiddiskuti mezzi li jsaħħu lill-OSCE biex tilqa' minn kmieni għall-konflitti li jinqalgħu u biex tibni d-demokrazija fejn qabel ma kinitx.

Il-Prim Ministru ser ikun akkumpanjat f'Istanbul mill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Joe Borg. Id-delegazzjoni ser tinkludi wkoll lill-Assistent Personali tal-Prim Ministru Richard Cachia Caruana, lil Noel Buttigieg Scicluna li ser jinħatar Ambaxxatur għall-OSCE, lis-Segretarju Privat tal-Prim Ministru Peter Portelli, u Thomas Cordina mis-Segretarjat tal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin. F'Istanbul id-Delegazzjoni Maltija tkun imsieħba mill-Ambaxxatur attwali għall-OSCE, Maurice Abela, Jean Paul Grech, OSCE desk-officer fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, u Mario Buttigieg mill-Ambaxxata Maltija fi Vienna li tieħu ħsieb ir-relazzjonijiet ma' l-OSCE.

Id-delegazzjoni Maltija mistennija lura Malta nhar il-Ġimgħa, 19 ta' Novembru 1999.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow