Left arrow Go Back

Test tal-Generator tad-Dipartiment ta' l-Out Patients fl-Isptar San Luqa

PR1801
Date Icon 16/11/1999

Bhala parti mill-ezercizzju ta' preparazzjoni biex l-Isptar San Luqa jkun imhejji sewwa ghal kull eventwalita' konnessa mas-sena 2000, dalghodu sar load test tas-sistema elettrika li tissupplixxi lid-Dipartiment ta' l-"Out-Patients" fl-Isptar San Luqa. Dan it-test sar biex jigu konfermati diversi fatturi fosthom:-

• li s-sistema elettrika tinqaleb ghal fuq il-generatur minghajr xkiel;

• li l-apparat kollu li huwa mqabbad mal-generatur jahdem kif suppost;

• li plakek elettrici li huma mqabbdin mal-generatur jigu ccekkjati;

• l-ammont ta' attivita' possibli fid-Dipartiment fl-eventwalita' li jmur id-dawl.

Fis-7.30a.m. l-istaff kollu koncernat gie nfurmat li kellu jinqata' d-dawl u li kien mistenni li kollox jigi lura ghan-normal fid-9.00 a.m. Fil-fatt sat-7.45 a.m. gie ccekkjat li t-testjar seta' jibda u l-ezercizzju kien lest ghal habta tad-9.00 a.m.

Mid-9.15 a.m. ‘il quddiem id-Dipartiment ta' l-Out-Patients beda jiffunzjona kif suppost.

Mill-analizi tal-feedback irrizulta li l-apparat imqabbad mal-generatur jadem tajjeb. Gie kkonfermat ukoll li l-pjanijiet ta' kontingenza li ghandu d-Dipartiment f' cirkustanzi bhal dawn huma kollha fattibbli.

Id-Divizjoni tas-Sahha tishaq li dawn l-ezercizzji huma vitali sabiex jigi assigurat li s-servizzi essenzjali ma jigux effettwati. Filwaqt li tiskuza ruhha ghal kull inkonvenjent li seta' nqala, id-Divizjoni tas-Sahha tinforma li fil-granet li gejjin ser ikunu qed isiru testijiet simili fl-Isptar San Luqa u fl-Isptar Karen Grech. Il-gimgha li ghaddiet sar test fl-Isptar Boffa u gie kkonfermat li l-apparat kollu f' dak l-Isptar jiffunzjona b' mod regolari f' kaz li jkollu jintuza' l-generatur.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow