Is-Segretarju Parlamentari Jesmond Mugliett jiltaqa' ma' Miss Maltese Islands 99
Nhar it-Tnejn 8 ta' Novembru, Miss Maltese Islands 99 is-Sinjorina Catherine Attard ghamlet zjara ta' kortesija lis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, l-Onor. Jesmond Mugliett, fl-Ufficcju tieghu fil-Furjana.
Is-Segretarju Parlamentari tenna li hu pjacir kbir tieghu li jghin avvenimenti bhal dawn li jesponu wkoll l-aspett edukattiv u li juru t-tajjeb u s-sabih li hemm fiz-zghazagh Maltin. Fil-fatt, is-Sinjorina Attard minbarra li tahdem fit-teknologija ta' l-informatika, issib hin ghall-modelling u fil-hin liberu taghha tiddedika hafna mill-hin titharreg fil-volleyball, fejn hija wkoll player fit-team nazzjonali Malti u ppartecipat fil-loghob tal-Pajjizi z-Zghar f'Leinchenstein f'Mejju li ghadda. Hija ssib hafna skop f'dan l-isport, kemm bhala mezz ta' mistrieh, dixxiplina u formazzjoni tal-karattru, u b'mod partikulari bhala ghajnuna siewja ghall-modelling. Ms. Attard temmen bis-shih illi f'hajjitha l-aspett sportiv huwa element komplimentari hafna fl-isforzi li taghmel fil-qasam tas-sbuhija.
Catherine Attard hija ezempju haj ta' hafna zghazagh ohrajn li bhalha isibu l-hin ghal bosta attivitajiet fejn b'impenn shih ikabbru u joffru t-talenti taghhom ghat-tishih tal-personalita' u l-karattru.
Is-Sinjorina Attard qalet li ser taghmel hilitha kollha biex matul il-Miss World Contest twassal reklam mill-aqwa dwar il-gzejjer Maltin. Hija tittama wkoll li din l-esperjenza tkun ghaliha mezz qawwi biex tkompli issahhah fiha is-sens ta' impenn lejn l-ohrajn.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN