Xoghlijiet ta' sinjali fit-toroq matul il-lejl
Il-Ministeru għall-Ambjent javża li ħaddiema mill-Unit għal Ambjent Nadif fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet se jagħmlu xogħlijiet ta' sinjali fit-toroq, anki permezz ta' makkinarju apposta, fi Triq Re'jonali mir-roundabout ta' ħdejn il-fergħa ta' l-Enemalta sa Triq is-Salib fil-Marsa, matul il-lejl. Ix-xogħlijiet isiru kemm-il darba jippermetti t-temp.
Ix-xogħol tul it-triq bejn ir-roundabout ta' ħdejn il-fergħa ta' l-Enemalta sal-mini ta' Sta Venera se jsir bejn l-10.00 p.m. ta' għada l-Erbgħa u l-4.00 a.m. tal-'?amis, filwaqt li dak tul it-triq mill-mini ta' Sta Venera sa Triq is-Salib fil-Marsa se jsir bejn l-10.00 p.m. ta' nhar il-'?amis u l-4.00 a.m. tal-Ġimgħa.
Tul it-triq fejn ikun qed isir ix-xogħol se jitqegħdu sinjali apposta biex anki jonqos il-periklu għall-ħaddiema involuti.
Il-Ministeru għall-Ambjent jappella lis-sewwieqa biex juru prudenza fis-sewqan tagħhom.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN