Stqarrija mill-Ministeru tal-Finanzi - Ittra anonima b'allegazzjonijiet falsifikati kontra l-Ministru John Dalli tinghata lill-Pulizija ghall-investigazzjoni
Illum ħafna nies ċemplu fil-Ministeru tal-Finanzi biex jinfurmaw li rċevew ittra anonima li fiha allegazzjonijiet kontra l-Ministru John Dalli.
Din l-ittra tinkludi kopja ta' statement ta' bank li fuqu mibnija ħafna allegazzjonijiet.
Il-Ministru Dalli jiddikjara li dan l-istatement hu dokument falsifikat. Malli 'ie għal konoxxenza ta' din l-ittra anonima malafamanti, il-Ministru Dalli mill-ewwel għadda l-każ lill-Pulizija. Il-Ministru Dalli indikalhom ukoll il-persuna li jista' jkun wara dan l-attentat.
Il-Ministru Dalli jirringrazja lil dawk kollha li wrew solidarjet'? miegħu u jitlob lil dawk li rċevew din l-ittra biex jgħadduha lill-Pulizija – attenzjoni Assistent Kummissarju Michael Cassar, biex ikunu jistgħu jgħinu fl-investigazzjonijiet li għandhom iwasslu biex jinkixef kull min hu wara dan l-att infami.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN