Left arrow Go Back

L-MV XLENDI jsir attrazzjoni gdida ghall-ghaddasa f'Xatt l-Ahmar, 'l barra minn Ghawdex

PR1775
Date Icon 12/11/1999

Ix-Xatt l-Ahmar f'Ghawdex gie maghzul bhala d-destinazzjoni finali ghall-‘MV Xlendi', vapur illi sa ftit zmien ilu kien jintuza ghall-garr tal-passiggieri bejn Malta u Ghawdex. Permezz ta' kollaborazzjoni u hidma mill-Ministeru ghal Ghawdex, il-Gozo Channel u l-Gozo Tourism Association illum, kmieni wara nofsinhar, dan il-vapur gie mgharraq gewwa x-Xatt l-Ahmar li huwa l-uniku post kenni fejn wiehed jista' joghdos meta jkun rih Majjistral. B'hekk dan il-vapur ser iservi bhala attrazjoni specjali f'qiegh il-bahar ghall-ghaddasa.

Is-Sur Joe Muscat, is-Segretarju tal-Gozo Tourism Association,qal illi l-operaturi fil-qasam turistiku f'Ghawdex kienu ilhom numru ta' snin ihossu l-htiega illi tinholoq attrazjoni f'qiegh il-bahar, sabiex b'hekk jikber is-suq ghat-turizmu specjalizzat f'dan is-settur partikolari. Meta fi Frar ta' din is-sena twaqqfet din l-assocjazzjoni, saret hidma kontinwa sabiex din ix-xewqa tigi realizzata. Is-Sur Muscat qal illi l-‘MV Xlendi' taht il-bahar ser joffri attrazjoni lil mijiet ta' ghaddasa li ser izuru Ghawdex apposta. Dan jawgura tajjeb ghall-gejjieni promettenti ta' l-industrija turistika f'Ghawdex. Is-Sur Muscat irringrazzja lill-Ministeru ghal Ghawdex u lill-kumpanija Gozo Channel illi permezz taghhom seta' jkun possibli li f'Ghawdex ukoll ikun hemm vapur mgharraq illi jservi bhala attrazjoni turistika.

Is-Sur John Sullivan, Chairman tal-Gozo Channel, qal illi d-decizzjoni sabiex jitgharraq dan il-vapur halli jservi bhala attrazjoni turistika, hija rizultat tal-fatt illi l-Bord tad-Diretturi u l-Management tal-Gozo Channel, jemmnu bis-shih illi din il-kumpanija ghandha tkun ta' servizz ghal Ghawdex u ghall-klijenti taghha kollha. Ic-Chairman sostna illi huwa konvint li b'din id-decizjoni ser jikber in-numru ta' passiggieri tal-GozoChannel,li hija l-lifeline t'Ghawdex u b'hekk jikber anke l-kummerc u l-gid f'Ghawdex.

Il-Ministru ghal Ghawdex, l-Onorevoli Giovanna Debono, qalet illi filwaqt li ftit ilu giet mfakkra l-grajja ta' niket ta' l-gharqa tat-30 t'Ottubru 1948, li fiha tilfu hajjithom numru ta' haddiema Ghawdxin li kienu qed jaqsmu bejn Malta u Ghawdex, l-gharqa tal-vapur ‘MV Xlendi' hija okkazjoni ta' celebrazzjoni. Dan ghaliex permezz ta' hidma mill-partijiet kollha nvoluti, ser ikun possibli illi Ghawdex isir ferm aktar popolari mat-tursiti li jhobbu l-isport tad-diving. Dan huwa konformi mal-weghda elettorali li Ghawdex jigi reklamat bhala destinazzjoni turistika unika.

Din l-inizjattiva sehhet bil-koperazzjoni tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civilifi hdan il-Ministeru ta' l-Intern, tat-Tug Malta, il-Malta Drydocks, l-Awtorit'? Marittima, il-Dipartiment tas-Sahha, il-Ministeru ta' l-Ambjent, l-Awtorit'? ta' l-Ippjanar u l-Kumpanija Kalaxlokk.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow