Cittadinanza Doppja: Persuni li ser ikollhom id-dritt li jzommu cittadinanza/i ohra flimkien ma' dik Maltija
Kif di'a` tħabbar mill-Ministru ta' l-Intern, l-Onor. Tonio Borg waqt Konferenza Stampa li saret fit-13 ta' Awissu 1999, permezz ta' tibdil li ser isseħħ fl-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap 188), IĊ-ĊITTADINANZA DOPPJA mhux ser tibqa' l-eċċezzjoni relatata ma' l-emigrazzjoni kif inhi llum, iżda ser issir ir-regola u applikata għal diversi ra'unijiet.
Fil-fatt meta dak li qed jipproponi l-Abbozz numru 31 li 'ie ppubblikat fit-13 ta' Awissu 1999 isir li'i:
- ċittadin ta' Malta li jakkwista Ċittadinanza oħra jkun jista' iżomm ukoll din iċ-Ċittadinanza;
- ċittadin ta' Malta li dak iż-żmien ikollu inqas minn 19-il sena u li jkollu Ċittadinanza ta' pajjiż ieħor, ma jkunx meħtie' li jirrinunzja ċ-Ċittadinanza barranija. (Illum din il-persuna trid tirrinunzja ċ-Ċittadinanza barranija wara li tagħlaq it-18-il sena u qabel ma' tagħlaq id-19-il sena);
- Persuni li kienu Ċittadini ta' Malta bi dritt permezz ta' twelid u li għexu (jew għadhom jgħixu) barra minn Malta għal mhux anqas minn 6 snin u akkwistaw iċ-Ċittadinanza ta' wieħed jew aktar minn wieħed mill-pajjiżi fejn għexu/jgħixu, se jakkwistaw iċ-Ċittadinanza Maltija mill-'did b'mod awtomatiku u jkunu jistgħu jżommuha flimkien ma' dik jew dawk li di'a` għandhom.
- Persuni li kienu tilfu ċ-Ċittadinanza Maltija għal xi ra'uni jew oħra (akkwist ta' Ċittadinanza oħra, ma rrinunzjawx Ċittadinanza barranija fi żmien stipulat, eċċ) jistgħu japplikaw biex jakkwistaw iċ-Ċittadinanza Maltija mill-'did u ma jkollhomx għalfejn jirrinunzjaw dik li għandhom.
- Persuni barranin li jiżżew'u Ċittadini ta' Malta u li wara ħames snin ta' żwie' jakkwistaw iċ-Ċittadinanza Maltija, ma jkollhomx għalfejn jirrinunzjaw iċ-Ċittadinanza tagħhom.
Sabiex id-Dipartiment taċ-Ċittadinanza jkun jista' jħejji ruhu aħjar għal meta ji'i fis-seħħ it-tibdil li hemm propost, id-Direttur tad-Dipartiment qed jistieden lil dawk il-persuni indikati hawn fuq sabiex jinfurmawh bl-intenzjoni tagħhom li 'l quddiem se japplikaw biex jakkwistaw iċ-Ċittadinanza Maltija jew li se jagħmlu talba biex ji'i kkonfermat lilhom li akkwistaw iċ-Ċittadinanza Maltija mill-'did b'mod awtomatiku, skond il-każ.
Fl-istess ħin, iżda, id-Dipartiment jixtieq jagħmilha ċara illi dan l-ezerċizzju bl-ebda mod ma għandu jitqies li għax wieħed jikteb dwar din il-materja b'daqshekk ikollu xi dritt għall-akkwist taċ-Ċittadinanza Maltija. Fil-fatt meta l-emendi li qed ji'u proposti jsiru li'i, kull każ irid ji'i eżaminat fuq il-merti tiegħu.
Fi żmien opportun, id-Dipartiment ikun jista' jinforma lil dawn il-persuni bil-proċeduri li jkunu jridu ji'u segwiti. Kull korrispondenza għandha ti'i indirizzata kif 'ej:
Id-Direttur
Dipartiment taċ-Ċittadinanza
3, Pjazza Kastilja
Valletta CMR 02.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN