Uzu ahjar mir-rizorsi tal-Gvern
Il-Ministru għall-Ambjent, Francis Zammit Dimech ħe''e' lill-periti u uffiċjali oħra li jkunu responsabbli minn pro'etti tal-Gvern biex kemm jista' jkun u safejn hu possibbli jużaw ir-riżorsi li għandu l-istess Gvern fid-diversi dipartimenti tiegħu.
Il-Ministru Zammit Dimech kien qed jitkellem waqt żjara li għamel illum fil-ħwienet tax-xogħol tal-ħaddieda u tal-mastrudaxxa tad-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi fil-Marsa, fejn ippreżenta wkoll sett ta' gerijiet lit-team tal-football ta' l-istess Dipartiment.
Hu qal li f'dawn l-aħħar snin il-Gvern ħa diversi inizjattivi biex itejjeb il-kundizzjonijiet u l-ambjent tax-xogħol ta' l-impjegati tiegħu bl-iskop li dawn ikunu motivati aktar fix-xogħol tagħhom. Barra minhekk, uħud mill-ħaddiema kienu wkoll organizzati f'koperattiva u llum qed igawdu l-benefiċċju tal-pass li għamlu, għaliex filwaqt li żiedu l-produzzjoni tagħhom żiedu wkoll fid-dħul finanzjaru tagħhom.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li uħud minn dawn il-koperattivi twaqqfu fi ħdan id-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi, fejn ix-xogħol li qed isir hu ta' kwalit'? għolja.
Fiż-żjara fil-ħanut tal-ħaddieda, il-Ministru għall-Ambjent ra x-xogħol li qed isir b'konnessjoni mal-pro'ett ta' embellishment li nbeda din il-'imgħa tul il-promenade ta' bejn it-Torri u l-Fortizza f'Tas-Sliema. Ix-xogħol li qed isir mit-taqsima tal-ħaddieda jammonta għal madwar Lm33,000 u jinkludi manifattura ta' bollards u railings.
Fil-ħanut tal-mastrudaxxa l-Ministru ra xogħlijiet li qed isiru għad-Dar ta' l-Anzjani f'Bormla, għal St James Cavalier u għall-Auberge d'Italie fil-Belt Valletta. Dawn jammontaw għal aktar minn Lm91,000 u jinkludu bibien, pu''amani, kitchenettes, twieqi, u affarijiet oħra.
Il-Ministru Zammit Dimech irrifera wkoll għat-taħri' li qed ikompli jingħata lill-ħaddiema u semma li għadhom kemm inbdew korsijiet għal ħaddiema mill-istess Dipartiment li se jwasslu għal-liċenzji ta' l-elettriku A u B. Għal kull wieħed minn dawn iż-żew' korsijiet qed jattendu għaxar ħaddiema. Hu qal li permezz ta' taħri' bħal dan, id-Dipartiment se jkollu aktar ħaddiema professjonali fix-xogħol ta' l-elettriku.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN