Left arrow Mur Lura

Interess dejjem jikber dwar il-Gwardjani Lokali

PR1753
Date Icon 10/11/1999

Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, Dr. Austin Gatt, ħabbar li wara s-sejħa li għamel id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali għal dawk kollha li jaħdmu fil-professjoni legali u li huma interessati li jagħmlu x-xogħol ta' Prosekuturi fit-Tribunali Lokali, kien hemm 32 persunali wrew interess, u li issa se jinħatar Bord sabiex jagħżel l-għaxar persuni li se jagħmlu dan ix-xogħol.

Huwa qal dan kmieni llum wara nofsinhar, waqt l-iffirmar tal-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Kunsilli Lokali ta' Qormi, Si''iewi u Żebbu' għat-tħaddim tas-Sistema ta' l-Infurzar Lokali tal-Li'ijiet, fl-uffiċċju tal-Kunsill Lokali Qormi, fejn se jkun sitwat ukoll it-Tribunal Lokali.

Dr. Gatt qal li llum il-Kunsilli ta' '?al Qormi, is-Si''iewi u '?aż Żebbu' qed jiffirmaw il-ftehim bejniethom li se jirregola l-mod kif flimkien ser jagħtu servizz tal-Gwardjani Lokali u t-Tribunal.

"Dan hu l-ħames grupp ta' Kunsilli li wasal għal dan il-ftehim ta' koperazzjoni u għalkemm huwa l-iżgħar grupp rigward numru ta' Kunsilli, xorta jikkonsisti f'area kbira fiċ-ċentru ta' Malta," kompla l-Ministru Gatt.

Dr. Gatt qal li l-ma''oranza tal-Kunsilli kollha qegħdin a''ornati mal-pjan ta' ħidma tal-Ministeru, iżda għamel referenza li għad hemm żew' gruppi li għadhom lura u għamilha ċara li jekk dawn mhux se jħabirku biex jaslu fejn waslu l-kumplament tal-Kunsilli, se jitilfu l-opportunit'? li jingħataw id-delega ta' l-infurzar lokali tal-li'ijiet.

Huwa għamel referenza wkoll dwar dħul minn numru ta' ċitazzjonijiet tat-traffiku minn Jannar sa Settembru ta' din is-sena li ammonta għal madwar Lm700,000. Dr. Gatt sostna li jekk wieħed jikkunsidra li n-numru ta' kontravenzjonijiet jibqa' għall-inqas l-istess, dawn il-flus issa se jibdew imorru għand il-Kunsilli Lokali. "Dan minbarra kontravenzjonijiet dwar l-indafa, li llum mhumiex qed ikunu nfurzati," kompla l-Ministru.

Dwar il-Prosekuturi li se jkunu qed jieħdu ħsieb il-prosekuzzjoni fit-Tribunali Lokali, huwa żied jgħid li x-xogħol ta' dawn il-prosekuturi se jkun dak li jieħdu ħsieb jippreparaw il-każijiet kollha li se jidhru quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja, sabiex b'mod professjonali, il-Kunsilli Lokali jkunu f'qagħda li l-kawżi li jinstemgħu fit-Tribunal jkunu ppreżentati u proċessati b'mod professjonali għall-aħħar.

"Il-Kunsilli Lokali għażlu li minħabba li din hija l-ewwel darba, dawn il-prosekuturi jkunu magħżula mid-Dipartiment, għalkemm aktar 'l quddiem deċiżjonijiet bħal dawn se jittieħdu mill-Kunsilli Lokali nfushom," kompla Dr. Gatt.

Dwar il-Gwardjani Lokali, huwa qal li bħalissa l-Ministeru qed jagħmel reklami sabiex dawk kollha interessati, japplikaw mal-Korporazzjoni għall-Impjiegi u t-Taħri' sabiex jattendu għall-Kors ta' Taħri'. Huwa ħabbar ukoll li hemm numru sabiħ ta' persuni li bħalissa għaddejjin bil-Kors ta' Taħri' u li b'kollox, kemm Malta u '?awdex jammontaw għal 52 persuna.

Dr. Gatt ħabbar ukoll li barra minn hekk hemm ħames kumpanniji li applikaw għand il-Kummissarju tal-Pulizija sabiex jingħataw liċenzja ta' a'enzija tal-Gwardjani Lokali.

"Dan kollu," temm jgħid il-Ministru, "jqawwilna qalbna li l-interess dejjem jiżdied f'din id-devoluzzjoni, se jkun il-forza wara s-suċċess ta' din is-sistema – suċċess li se jtejjeb il-mod kif ngħixu fil-komunitajiet tagħna."

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow