Left arrow Mur Lura

Malta mistiedna ghal Laqgha ta' l-UE dwar l-Ambjent

PR1740
Date Icon 08/11/1999

Malta kienet mistiedna biex tattendi l-hames laqgha tal-Ministri ghall-Ambjent tal-pajjizi kandidati ghal shubija fl-Unjoni Ewropea, li se ssir fi Brussels aktar tard dan ix-xahar. Din hi l-ewwel darba li Malta kienet mistiedna ghal laqgha bhal din u l-istedina saret mill-Kummissarju responsabbli ghall-Ambjent Margot Wallstrom.

Dan qalu l-Ministru ghall-Ambjent Francis Zammit Dimech meta l-lejla inawgura wirja internazzjonali ta' ritratti dwar in-natura, fil-foyer tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, fil-Floriana. F'din il-wirja, li ntbaghtet apposta mill-Federazzjoni Internazzjonali ta' l-Arti Fotografika (FIAP), hemm ghall-wiri 75 ritratt mehuda minn fotografi maghrufa madwar id-dinja. Il-wirja qed issir mill-Ministeru ghall-Ambjent bil-koperazzjoni tas-Socjet'? Fotografika Maltija.

Il-Ministru Zammit Dimech iddeskriva bhala awgurju tajjeb l-istedina li saret biex hu jattendi ghal-laqgha ta' Brussels, li se tiddiskuti, fost l-ohrajn, l-ezercizzju ta' l-iscreening ambjentali li qed isir fil-pajjizi kandidati u l-finanzjament li l-pajjizi kandidati jkunu jehtiegu tul il-process qabel jissiehbu biex ikunu jistghu jaddottaw il-parti ta' l-acquis li tikkoncerna l-ambjent. Se jkun diskuss wkoll il-mod kif kunsiderazzjonijiet ambjentali jistghu jkunu integrati fil-policies tal-pajjizi kandidati.

Filwaqt li semma' li laqghat bhal dawn jaghtu lill-Ministri ta' l-Ambjent tal-pajjizi kandidati l-opportunit'? li jaqsmu bejniethom il-fehmiet taghhom dwar aspetti ambjentali tal-process dwar it-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea, il-Ministru Zammit Dimech qal li l-fatt li Malta kienet mistiedna ghal din il-laqgha juri li Malta regghet sabet postha fuq quddiem fin-negozjati dwar is-shubija u dan jawgura tajjeb fid-dawl tal-laqgha tal-mexxejja tal-pajjizi membri li se ssir f'Helsinki x-xahar id-diehel. Hu zied li l-ambjent u l-izvilupp sostenibbli se jkunu fost l-aktar materji importanti li se jkunu kunsidrati mill-mexxejja Ewropej meta jiddiskutu f'Helsinki l-process ta' tkabbir.

Hu qal ukoll li b'din l-istedina, Malta bdiet titqies bhal kull pajjiz kandidat iehor, minkejja li jonqos il-go-ahead formali mill-Kunsill ta' Helsinki.

Il-Ministru Zammit Dimech semma' wkoll li bhalissa hawn Malta ufficjali mid-Direttorat Generali XI dwar l-Ambjent tal-Kummissjoni Ewropea u gew; konsulenti legali ta' l-istess Direttorat li qed imexxu workshop ghal ufficjali tal-Ministeru ghall-Ambjent li se jkunu involuti fl-iscreening tal-ligijiet ambjentali, li se jsir fi Brussels bejn id-29 ta' Novembru u t-3 ta' Dicembru.

Fl-ahharnett, il-Ministru Zammit Dimech irringrazzja lill-Federazzjoni Internazzjonali ta' l-Arti Fotografika talli accettat li l-wirja internazzjonali ta' fotografija dwar in-natura tittella' wkoll f'Malta u qal li bejn l-arti tal-fotografija u l-ambjent hemm rabta qawwija peress li permezz tal-fotografika wiehed jista' jammira wkoll is-sbuhija tan-natura li hi parti mill-ambjent.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow