Left arrow Mur Lura

Process ta' bidla fl-istrutturi tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PR1737
Date Icon 08/11/1999

Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni imbarka fuq process ta' bidla fl-organizzazzjoni u l-istrutturi tieghu, bl-iskop li l-hidma tieghu ssir aktar rilevanti, efficjenti u effettiva fl-istess waqt li l-impjegati tal-Ministeru jinghataw kull opportunita' biex ikomplu jizviluppaw il-hiliet taghhom.

Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea introduca dan il-process f'laqgha li kellu mas-Segretarju Permanenti, id-Direttur Generali ta' l-Edukazzjoni u d-diversi Diretturi tad-Dipartimenti fi hdan il-Ministeru.

Biex din il-bidla tkun tista' ssehh bl-aktar mod effettiv twaqqaf l-Office of Review, fi hdan il-Ministeru, taht ir-responsabbilta' tas-Segretarju Permanenti. Dan l-Ufficcju se jmexxi u jikkordina l-programm ta' bidla li jrid isir u se jahdem flimkien mad-Direttur Generali u mad-Diretturi u l-istaff tal-Ministeru.

Essenzjalment l-Office of Review se jkun responsabbli ghal:

Ippjanar u Verifika tal-Pjani tal-Ministeru billi jiffacilita u jara l-izvilupp ta' business plans u pjani ohra strategiji tal-Ministeru u d-Dipartimenti rispettivi; jippjana, jissorvelja u jevalwa l-programmi u progetti sottomessi mid-Dipartimenti u jassigura li dawn ikunu konsistenti mal-vizjoni u l-oggettivi tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.

Implimentazzjoni ta' Programmi billi jimmonitorja u jikkontrolla l-implimentazzjoni ta' programmi u inizjattivi ta' natura kapitali jew rikorrenti li jkunu identifikati fil-Business Plan tal-Ministeru.

Management ta' Rizorsi billi jippjana u jevalwa l-izvilupp tar-rizorsi umani u organizzattivi tal-Ministru ta' l-Edukazzjoni.

Inizjattivi li jaghtu kaz il-Klijenti tal-Ministeru (Customer Care) billi jippjana u jimplimenta programm biex itejjeb is-servizzi li jipprovdi l-Ministeru lill-klijenti tieghu; jevalwa l-feedback tal-pubbliku u janalizza r-rizultati biex jiehu mizuri korrettivi kif mehtieg.

Inizjattivi dwar l-Unjoni Ewropea billi jidentifika l-bidliet li jista' jkun hemm bzonn isiru biex il-Ministeru jkun f'pozizzjoni jipprepara ruhu ghall-eventwali dhul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.

Wara li din l-inizjattiva kisbet l-approvazzjoni tal-Kabinett, twaqqaf Steering Committee, presedut mill-Ministru Louis Galea biex jidderigi din il-hidma. Sadattant qed ikunu identifikati l-persuni li se jmexxu kull wiehed mill-hames oqsma ta' hidma indikati biex flimkien ma' konsulenti mill-Management Efficiency Unit fl-Ufficcju tal-Prim Ministru, jippjanaw u jimplimentaw ix-xoghol li jrid isir biex din il-bidla ssehh.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow