Il-Ministru tas-Sahha jindirizza Laqgha ta' l-Ghaqda Dinjija tas-Sahha li qed issir f'Malta
Il-mard li jorigina mill-ikel qed jolqot madwar 130 miljun ruh fis-sena fl-Ewropa. Fid-dinja 1.5 miljun tarbija fis-sena qed imutu minhabba tnaqqis fin-numru ta' ommijiet li jaghzlu l-breastfeeding. Fl-Ewropa madwar miljun ruh ohra fis-sena qed imutu minhabba dieti zbilancjati. 1.4 miljun ruh fl-Ewropa kull sena qed imutu minhabba mard tal-qalb.
Dawn ic-cifri thabbru mill-Ministru tas-Sahha Louis Deguara meta dalghodu inawgura l-ewwel sessjoni tal-laqgha ta' l-Ghaqda Dinjija tas-Sahha dwar it-thejjija ta' pjan ta' azzjoni dwar l-ikel u n-nutrizzjoni.
It-Tabib Deguara qal li huwa stmat li 14% ta' l-imwiet fl-Ewropa huma kagunati minn nuqqas ta' dieti bilancjati u li huma tajbin ghas-sahha.
Meta wiehed janalizza dawn ic-cifri, kompla jghid il-Ministru Deguara, jirrealizza l-importanza li jkun imfassal dan il-pjan ta' azzjoni li jigwida lill-pajjizi ewropej biex jipprovdu access lill-popli taghhom ghal dieti li huma tajbin ghas-sahha.
Il-Ministru Deguara qal li hija responsabilta` wkoll ta' l-awtoritajiet tas-sahha li jghinu lil dawk kollha involuti fil-produzzjoni ta' l-ikel li jirrealizzaw l-importanza ta' l-ikel vis-a-vis is-sahha tal-bniedem. Barra minn hekk, l-istess awtoritajiet ghandhom jassiguraw li s-sahha ghandha tkun fic-centru tal-policies dwar l-ikel.
Kien 11-il sena ilu li f'Malta tfasslet l-ewwel policy fuq n-nutrizzjoni u l-ikel, fakkar it-Tabib Deguara, minn dak iz-zmien il-Gvern dejjem ikkommetta ruhu li jzomm maghha. Din l-istess policy kienet ukoll il-katalist fir-riforma tal-provizjoni ta' l-ikel u ghenet ukoll biex ikunu organizzati ahjar inizjattivi li jippromwovu dieti tajbin ghas-sahha u biex jghinu lin-nies jaghzlu ikel tajjeb. Anke il-Politika Nazzjonali dwar is-Sahha, "Health Vision 2000", ippubblikata fl-1995, tenfasizza l-importanza tad-dieta.
B'dan il-ghan, kompla jghid il-Ministru Deguara, gew organizzati diversi kampanji fl-iskejjel, fil-komunita`, fl-isptarijiet u fuq il-mezzi tax-xandir. Ir-rizultat kien li llum il-poplu Malti qed ifittex aktar l-ikel li hu tajjeb ghas-sahha fosthom, il-frott, il-haxix, hobz li fih kontenut ta' fibre gholi, prodotti tal-halib nieqsa mix-xaham kif ukoll prodotti ta' l-ikel li fihom livell ta' xaham baxx. Anke d-dieta Mediterranja, li hi tant tajba ghas-sahha, ftit ftit qed terga' ssib postha fuq l-imwejjed tal-poplu Malti.
Madankollu, dan mhux bizzejjed sostna t-Tabib Deguara, Hemm hafna aktar x'isir kemm f'dak li hu titjieb fil-promozzjoni tas-sahha, fil-prevenzjoni tal-mard, kif ukoll fl-izvilupp ta' strategiji li jkollhom l-ghan jipprovdu l-ghazla ta' ikel tajjeb ghas-sahha bhala l-ehfef ghazla. Dan bla dubju jassigura li jkun hemm process dinamiku li biz-zmien mhux biss isahhah il-policies dwar l-ikel u n-nutrizzjoni imma wkoll jawgura tajjeb ghas-sahha tal-poplu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN