Left arrow Mur Lura

Stqarrija mill-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd dwar gwadann ghar-rahhala bi shubija shiha fl-UE

PR1723
Date Icon 05/11/1999

Il-Kelliem ta' l-Oppozizzjoni għall-Agrikoltura u Sajd ikkonfema bl-istqarrija tieghu li mhux qed jaghti informazzjoni korretta dwar il-prezzijiet tal-prodotti magħmula mill-ħalib frisk.

Dan qalu l-Ministru tal-Biedja u Sajd, il-Perit Ninu Zammit, f'risposta għall-imsemmija stqarrija li għal darb'oħra turi n-nuqqas ta' kompetenza ta' l-0ppozizzjoni f'dan ir-rigward.

L-ewwel nett, skond ir-regoli tad-WTO, l-Għaqda Dinjija tal-Kummerċ, ebda settur ma jista' ji'i eskluż minn ftehim ta' Żona ta' Kummerċ '?ieles ma' l-Unjoni Ewropea, kif ammetta l-Kap ta' l-Oppozizzjoni, l-Onor. Alfred Sant fl-intervista ppubblikata fil-gazzetta ‘The Times' tad-29 ta' April 1998. Minkejja dan, l-Onor. Noel Farrugia jibqa' jinnega dan il-fatt. B'Żona ta' Kummerċ '?ieles ħafna mill-miżuri tal-‘Common Agricultural Policy' ikollhom ji'u adottati mingħajr ma Malta tibbenefika mill-għajnuna li toffri l-istess Politika Agrikola Komuni.

Fil-każ tal-ħalib frisk, dan kien ikun ifisser it-tneħħija tal-protezzjoni bla ma r-raħħal ikun jista' jibbenefika mill-għajnuna diretta li tinkludi pagament dirett mill-Unjoni Ewropea, kif ukoll pagament ieħor mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea permezz ta' l-awtoritajiet nazzjonali mill-hekk imsejjaħ ‘National Envelope'. Dan minbarra għajnuniet oħra permezz tal-fondi għall-iżvilupp rurali ta' l-Unjoni Ewropea u diversi fondi oħra.

Ir-regoli tal-Unjoni Ewropea dwar il-ħalib frisk jinkludu

  1. ‘Target price' li għandu jitħallas lir-raħħal bħal minimu għall-ħalib frisk kollu prodott fl-Unjoni Ewropea.
  2. Intervention price għall-butir u t-trab tal-ħalib (Skimmed Milk Powder). 
  3. Għajnuna għat-trab tal-ħalib użat fil-għalf għall-bhejjem.
  4. Għajnuna sabiex ħalib żejjed jinbiegħ fi prodotti bħal krema u butir bi prezz issussidjat lill-Istituti tal-Karita', lill-Forzi Armati, lill-confectioners u 'elateriji u għall-manifattura ta' l-ikel. 
  5. Għajnuna sabiex prodotti tal-ħalib bħal yoghurts jingħataw lit-tfal ta' l-iskola.
  6. Għajnuna sabiex ħalib frisk jitqassam lit-tfal ta' l-iskola kollha.
  7. Għajnuna diretta lir-raħħal skond il-kwota tal-ħalib.
  8. Għajnuna diretta lir-raħħal bħala ‘premium supplements'.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow