Stqarrija mill-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd dwar gwadann ghar-rahhala bi shubija shiha fl-UE
Il-Kelliem ta' l-Oppozizzjoni għall-Agrikoltura u Sajd ikkonfema bl-istqarrija tieghu li mhux qed jaghti informazzjoni korretta dwar il-prezzijiet tal-prodotti magħmula mill-ħalib frisk.
Dan qalu l-Ministru tal-Biedja u Sajd, il-Perit Ninu Zammit, f'risposta għall-imsemmija stqarrija li għal darb'oħra turi n-nuqqas ta' kompetenza ta' l-0ppozizzjoni f'dan ir-rigward.
L-ewwel nett, skond ir-regoli tad-WTO, l-Għaqda Dinjija tal-Kummerċ, ebda settur ma jista' ji'i eskluż minn ftehim ta' Żona ta' Kummerċ '?ieles ma' l-Unjoni Ewropea, kif ammetta l-Kap ta' l-Oppozizzjoni, l-Onor. Alfred Sant fl-intervista ppubblikata fil-gazzetta ‘The Times' tad-29 ta' April 1998. Minkejja dan, l-Onor. Noel Farrugia jibqa' jinnega dan il-fatt. B'Żona ta' Kummerċ '?ieles ħafna mill-miżuri tal-‘Common Agricultural Policy' ikollhom ji'u adottati mingħajr ma Malta tibbenefika mill-għajnuna li toffri l-istess Politika Agrikola Komuni.
Fil-każ tal-ħalib frisk, dan kien ikun ifisser it-tneħħija tal-protezzjoni bla ma r-raħħal ikun jista' jibbenefika mill-għajnuna diretta li tinkludi pagament dirett mill-Unjoni Ewropea, kif ukoll pagament ieħor mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea permezz ta' l-awtoritajiet nazzjonali mill-hekk imsejjaħ ‘National Envelope'. Dan minbarra għajnuniet oħra permezz tal-fondi għall-iżvilupp rurali ta' l-Unjoni Ewropea u diversi fondi oħra.
Ir-regoli tal-Unjoni Ewropea dwar il-ħalib frisk jinkludu
- ‘Target price' li għandu jitħallas lir-raħħal bħal minimu għall-ħalib frisk kollu prodott fl-Unjoni Ewropea.
- Intervention price għall-butir u t-trab tal-ħalib (Skimmed Milk Powder).
- Għajnuna għat-trab tal-ħalib użat fil-għalf għall-bhejjem.
- Għajnuna sabiex ħalib żejjed jinbiegħ fi prodotti bħal krema u butir bi prezz issussidjat lill-Istituti tal-Karita', lill-Forzi Armati, lill-confectioners u 'elateriji u għall-manifattura ta' l-ikel.
- Għajnuna sabiex prodotti tal-ħalib bħal yoghurts jingħataw lit-tfal ta' l-iskola.
- Għajnuna sabiex ħalib frisk jitqassam lit-tfal ta' l-iskola kollha.
- Għajnuna diretta lir-raħħal skond il-kwota tal-ħalib.
- Għajnuna diretta lir-raħħal bħala ‘premium supplements'.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN